|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Bartilmew Gutiérrez
1580 - 1632 AD
Twieled fil-belt tal-Messiku fl-1580 u wara l-edukazzjoni kollha li tawh il-genituri dahal Agostinjan. Meta spicca l-istudji u ha l-quddiesa ntbaghat fil-kunvent ta’ Puebla de Los Angeles minn fejn fl-1606 siefer ghall-missjoni tal-Gappun. Kellu joqghod Manila (il-Filippini) ghal sitt snin u kien surmast tan-novizzi. Fl-ahhar fl-1612 wasal l-Gappun izda bil-kemm ghaddew tliet snin fl-apostolat tieghu li l-awtoritajiet tieghu ma baghtuhx lura Manila fejn kompla ta’ surmast tan-novizzi. Filwaqt li fil-Gappun bdiet il-persekuzzjoni u wara l-martirju tal-beatu Ferdinandu Ayala ta’ San Guzepp dawk li kkonvertew talbu ‘l Gutierrez biex imur lura. Fit-12 t’Awwissu 1618 dahal bil-mohbi f’Nagasaki mal-konfratell Beatu Pietru de Zuñiga li ha l-martirju izjed ‘il quddiem. Sa Novembru 1629 bi tbattija kbira hadem fost il-fidili u tahom ezempju sabih ta’ penitenza u ta’ herqa kbira. Waqqaf it-Terz’ Ordni Agostinjan u l-Konfraternita tac-Cinturati rgiel u nisa, li hafna minnhom wara sofrew il-martirju. F’Novembru 1629 Gutiérrez dahhluh il-habs ta’ Nagasaki fejn wara ftit inghaqdu mieghu l-Beati Frangisk ta’ Gesù u Vincenzu ta’ S. Anton. F’Dicembru gie mibghut fil-habs iebes t’Omura fejn bata ghal sentejn izda baqa’ jaghti l-apostolat tieghu mal-habsin u baqa’ jikteb lis-superjuri tieghu u lill-insara. Fil-25 ta’ Novembru 1631 hadu lilu u lil shabu f’Nagasaki u ghal kwazi xahar haqruhom b’ilma jaghli tal-kubrit tal-muntanja ta’ Ungen. Wara li bata kemm felah il-habs ghal kwazi sena, fit-3 ta’ Novembu 1632 gie mahruq haj. Fl-1867 il-Papa Piju IX ibbeatifikah mal-martri Gappunizi, li fosthom kien hemm tliet konfratelli u sitt terzjarji Agostinjani.

|