Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beata Elena Valentini minn Udine
1396/7 - 1458 AD

Twieldet fl-1396 jew 1397 f’Udine minn familja tal-Maniago u zzewget fl-1414 lin-nobbli Antonio Cavalcanti u minnu kellha sitt itfal. Fl-1441 romlot u ddecidiet li twarrab id-dinja billi kienet influwenzata mill-kelma qawwija ta’ l-Agostinjan Angelo ta’ San Severino. Saret Agostinjana terzjarja, izda baqghet tghix fid-dar ta’ zewgha fejn damet sal-1446 u wara marret m’ohtha Perfetta li kienet ukoll saret terzjarja Agostinjana. Fit-tmintax-il sena li ghexet ir-religjon hija kienet taghmel hafna penitenzi u gieli kienet tiehu hobz u ilma biss u torqod fuq il-gebel mghottija bi ftit tiben. Kienet ukoll issawwat lilha nfisha sa kemm tohrog id-demm u tuza zraben li fihom kienet tpoggi xi zrar biex tpatti (kif kienet tghid hi) “ghall-imhabba li kelli ghaz-zfin li f’dak iz-zmien gaghlitni noffendi l-Mulej u ghall-imhabba ghall-helu Gesù tieghi li mexa ghal tlieta u tletin sena shah fid-dinja.” Fil-forom kollha ta’ penitenza li kienet taghmel kienet izzomm quddiem ghajnejha zewg affarijiet – li timita lil Kristu u li tpatti ghal dawk is-snin li ghexet hajja tad-dinja. Hija kienet tinghalaq f’kamra zghira li bniet go darha stess u li minnha kienet tohrog biss biex titlob u timmedita fil-knisja ta’ Santa Lucija. Biex tigi mfarrga fil-hajja ta’ abbandun u taqbid kienet tintrefa’ f’estasi u kellha dehriet tas-sema u Alla taha l-qawwa li taghmel mirakli u tkun taf dak li hu mohbi. Meta kisret il-femuri t-tnejn kienet mitfugha fuq dak li kienet timtedd tistenna l-mewt li waslet fit-23 t’April 1458. Wara li l-fdal taghha gie maqlugh kemm-il darba, fl-1845 tpogga fid-Duomo fejn ghadu hemm sa llum. Fl-1848 il-Papa Piju IX iddikjarha beata.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible