|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Elija tas-Sokkors Nieves
1882 - 1928 AD
Mattew Elija Nieves twieled f’Yuriria (Guananjuato – il-Messiku) minn genituri bdiewa, izda mill-ewwel wera x-xewqa li jsir qassis. Meta kellu tnax-il sena missieru gie maqtul mill-hallelin u kellu jhalli l-istudju biex jghin lill-familja. Fl-1904 ghalkemm ma kienx wisq ippreparat u kellu ftit taz-zmien inghata l-permess biex jidhol fil-kullegg ta’ l-Agostinjani ta’ Yuriria. Bi sforz kbir u kuragg gheleb id-diffikultajiet kollha sew dawk ta’ l-istudji tas-seminarju li beda meta kellu wiehed u ghoxrin sena, kif ukoll nuqqas ta’ flus u ta’ sahha. B’ ringrazzjament lejn il-Madonna li tatu tant ghajnuna meta gie biex jiehu l-voti religjuzi fl-1911 ha l-isem ta’ Elija tas-Sokkors. Sar sacerdot fl-1916 u hadem f’hafna postijiet sakemm fl-1921 gie nominat vigarju tal-parrocca ta’ La Cañada de Caracheo (Gto.) F’dan ic-centru li kien tabilhaqq fqir u ma kienx hemm la servizzi sanitarji u lanqas skola pubblika huwa hadem bl-ghajnuna spiritwali tieghu. Billi minn meta kien ghadu zghir kien jaf jaghmel xoghol ta’ l-idejn la beza’ mill-bzonnijiet u l-anqas mill-faqar ghax dejjem kellu fiducja shiha fil-Providenza. F’dan iz-zmien twieled il-moviment popolari tal-“Cristeros”, izda Patri Nieves baqa’ lura minn dan il-moviment rivoluzzjonarju u meta fl-1926 dan il-moviment wasal biex jippersegwita l-Knisja, ghalkemm kien timidu minflok li obda ghall-ordnijiet tal-gvern tal-belt biex jibqa’ fil-belt huwa mar f’ghar vicin gholja u minn hemm kien cert li seta’ jkompli jghin il-fidili fir-religjon. Din il-missjoni baqghet sejra ghal 14-il xahar izda ltaqa’ ma’ stakkament ta’ suldati li taht il-libsa ta’ bidwi raw il-libsa sewda li biha kien imur jaqdi l-missjoni pastorali bil-lejl. Wara li staqsewh huwa qal li kien sacerdot u gie arrestat ma’ zewg rancheros li offew li jmorru mieghu. Fl-ghodwa tal-1 ta’ Marzu 1928 is-suldati u l-prigjunieri telqu lejn ic-centru zghir ta’ Cortazar. Ma’ l-ewwel waqfa l-kaptan ordna li dawk it-tnejn li kien marru mieghu jinqatlu. Mat-tieni waqfa il-kaptan qal lill-patri: “Issa jmiss lilek, halli naraw jekk il-mewt hix l-istess bhall- quddiesa”. Patri Nieves talab ftit hin biex jingabar fit-talb, imbaghad bierek lis-suldati u beda jghid il-Kredu waqt li kienu qeghdin ilestu l-armi biex jisparawlu. L-ahhar kliem tieghu kien “Viva Kristu Re”. Il-fdalijiet tieghu jinsabu fil-knisja parrokkjali ta’ Cañada (Gto). Gie bbeatifikat mill-Papa Gwanni Pawlu II fit-12 t’Ottubru 1997.

|