|
Qaddisin Agostinjani
Sant' Ezekiel Moreno
1848 - 1906 AD
Twieled f’Alfaro (Spanja) u billi mexa wara l-ezempju ta’ huh fl-1864 dahal ma’ l-Agostinjani fil-kunvent kontemplattiv ta’ Monteagudo. Baghtuh il-Filippini u fl-1871 gie ordnat sacerdot u beda x-xoghol tieghu apostoliku. Il-Kapitlu Provincjali fl-1885 ghamlu pirjol tal-kunvent ta’ Monteagudo. Hadd bhalu, missjunarju ta’ esperienza kbira u qaddis, ma seta’ jnibbet fi qlub iz-zghazagh l-imhabba lejn il-missjoni. Wara li spicca l-mandat tieghu ta’ pirjol xtaq imur bhala voluntarju biex jirranga l-Ordni fil-Columbia. Il-hsieb ewlieni tieghu kien li jerga’ jwaqqaf l-osservanza religjuza fil-komunità. Kien cert li r-religjuzi twajba biss jistghu jkunu tassew appostli u kellu xewqa kbira li jerga’ jibda l-missjoni ta’ Casanare fejn l-Agostinjani kontemplattivi kienu xerrdu l-vangelu ghal hafna snin. Fl-1893 meta kien maghruf sewwa ghall-hegga tieghu ghall-missjoni u ghall-virtujiet tieghu gie maghzul vigarju apostoliku ta’ Casanare u wara sentejn lahaq isqof ta’ Pasto. F’din il-missjoni l-gdida kellu jhabbat wiccu ma’ umiljazzjonijiet, tmashir, kalunji, perserkuzzjonijiet u sahansitra s-superjuri tieghu telquh. Izda billi kien ihobb il-verità u l-erwieh fdati lilu ma qaghadx jahsibha li jpoggi hajtu fil-periklu ghan-nghag tieghu, bhar-Raghaj it-Tajjeb. F’wahda mill-glidiet tieghu biex jiddefendi l-fidi fl-1898 fil-vista tieghu “ad limina” hu pprezenta lill-Papa Ljun XIII ir-rizenja tieghu, izda l-Papa ma accettahiex. Rega’ lura lejn id-djocesi tieghu fejn sab tistennieh gwerra civili. Fl-1905 marad b’marda qalila u ta’ tbatija kbira. Mar lura Spanja ghal xi operazzjonijiet u sabiex jinghaqad izjed ma’ Kristu irrifjuta l-oppju u bla ebda tgergira jew ghajta ssaporta tant li ghaggeb lill-professuri u lill-assistenti. Meta kien jaf li kellu jmut ried jghaddi l-ahhar granet ta’ hajtu fil-kunvent ta’ Monteagudo li kien tant ghal qalbu. Miet fid-19 t’Awwissu 1906 u difnuh taht l-altar tal-knisja tal-Vergni tal-Cammino. Gie kannonizzat fil-belt ta’ Santo Domingo fil-11 t’Ottubru 1992 mill-Papa Gwanni Pawlu II li pprezentah lid-dinja bhala raghaj u missjunarju ezemplari fil-Centinarju ta’ l-Evangelizzazzjoni ta’ l-Amerika.

|