|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Grazzja minn Kotor
1438 - 1508 AD
Il-beatu Grazzja twieled f’Mulla, rahal zghir fil-bajja sabiha ta’ Cattaro, illum tissejjah Kotor, fuq ix-xatt tad-Dalmazja li dak iz-zmien kien centru maghruf ghall-bajja u ghad-djocesi. Fl-1423 din il-belt dahlet minn jeddha taht il-hakma ta’ Venezja u ghalhekk baqghet indipendenti. Billi damet ghal hafna zmien taht is-setgha ta’ Venezja nsibu fiha bini sabih venezjan u saret port sinjur ghall-kummerc, ghall-bahhara u ghas-sajjieda. Grazzja kien ibahhar u dam hekk sakemm kellu tletin sena. F’wiehed mill-vjaggi tieghu nzerta f’wahda mill-knejjes ta’ Venezja u tant kien influwenzat mill-priedka ta’ l-Agostinjan Xmun minn Camerino li wara ftit dahal fl-Ordni. Il-kunvent ta’ Monte Ortone vicin Padova laqghu bhala fratell konvertit. Dan il-kunvent kien il-benniena ta’ wahda mill-kongregazzjoniet godda ta’ l-Ordni, li kienu ffurmaw fl-Italja u li kienu maghrufa ghall-herqa taghhom lejn id-dixxiplina. Fl-1433 hu gie milqugh mill-Pirjol Generali ta’ Rimini izda kien anness mal-provincja ta’ Treviso bil-kundizzjoni li hemmhekk kienu jidhlu dawk li jaqblu mar-riforma ta’ l-Ordni. Il-fratell Grazzja kien jahdem fil-gnien u malajr rebah ir-rispett tal-komunità kollha. Meta zewg kunventi ohra tar-riforma dahlu fl-Ordni, din il-kongregazzjoni giet maghrufa ufficjalment. Bejn l-1472 u l-1474 Xmun minn Camerino sar Vigarju. Wara dawn is-snin Grazzja ntbaghat f’San Kristofru go Venezja fejn miet fit-8 ta’ Novembru 1508. Barra minn dan il-ftit taghrif ma nafu xejn izjed dwar Grazzja. L-istorja ta’ hajtu bit-Taljan ta’ Lazzerini (1643) u l-ohra bil-Latin ta’ Eliseo ta’ Gesù u Marija (1677) ma ghandhomx sisien dokumentati. Izda l-hajja li ghex minghajr frughat u l-mirakli li saru bl-intercessjoni tieghu taw xhieda tal-qdusija tieghu u dan fl-1889 gie kkonfermat mill-Papa Ljun XIII. Il-fdalijiet tieghu qeghdin fil-knisja ta’ Mulla (Muo) vicin Kotor.

|