|
Qaddisin Agostinjani
San Guliermu ta' Malavalle
† 1157 AD
Ftit li xejn nafu dwar dan il-qaddis eremita. Izda nafu zgur li twieled fi Franza u mar bhala pellegrin f’hafna santwarji u meta kien gej lura mill-Art Imqaddsa sab fit-Toscana post imwarrab fejn seta’ jghaddi f’penitenzi horox l-ahhar jiem ta’ hajtu. Ghazel il-post imwarrab ta’ Malavalle, qrib Castiglione della Pescaia fil-provincja ta’ Grosseto, fejn ghadda l-ahhar snin fit-talb, fil-kwiet, fis-sawm u fil-penitenzi sal-1157 meta ghadda ghal hajja ahjar.
Ma waqqaf l-ebda Ordni religjuz u l-anqas kiteb xi Reguli; izda dawn wettaqhom dak li kien isejjah lilu nnifsu “is-serv tieghek” Albertu u li ha hsiebu fl-ahhar xhur u kiteb dawk r-reguli li wara gew imsejha “Consuetudines e Regula Sancti Guillelmi”.
Il-qabar tieghu gie malajr maghruf minn hafna pellegrini devoti li gew mit-Toscana, mil-Lazio u mill-Umbria. Xi whud minn dawn waqfu f’Malavalle biex jimitaw il-hajja ta’ eremita u ta’ penitenza ta’ dak li kienu jafuh bhala l-qaddis protettur taghhom. Il-kult tieghu kiber hekk malajr li gie approvat mill-Papa Alessandru III bejn l-1174 u l-1181 u zdied meta gie kkonfermat mill-Papa Innocenzu III fl-1202.
B’din id-devozzjoni lejn il-qaddis eremita zdiedu d-dixxipli tieghu li l-ewwel waslu fit-Toscana mbaghad fil-Lazio u fil-Marca t’Ancona fl-1244. Meta hdax-il sena wara gew imsejjha biex jaghmlu parti mill-Ordni ta’ Santu Wistin huma kellhom digà kunventi fit-tramuntana ta’ Franza, fil-Belgju ta’ llum, fil-Boemja u fl-Ungerija.

|