Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Guliermu Tirry
1608 - 1654 AD

Twieled f’Cork (l-Irlanda) fl-1608 minn familja ta’ kummercjanti ta’ twemmin kattoliku qawwi, li fiha kien hemm ukoll ziju li kellu l-istess isem u kien sar isqof. Huwa dahal ma’ l-Ordni ta’ Santu Wistin u studja f’Valladolid (Spanja), f’Parigi u fi Brussels. B’ubbidjenza lejn s-superjuri tieghu huwa mar lura l-Irlanda fl-1641 ftit qabel ma beda l-irvell ta’ l-Ulster. Fl-1646 sar socju tal-provincjal Patri O’Driscoll u fl-1649 sar pirjol tal-kunvent ta’ Skreen. Wara li wasal Cromwell ma setax ikompli f’dan ix-xoghol. Ghalhekk serva go Fethard (Tipperary) bhala ghalliem ta’ tifel ta’ xi familjari u kien ukoll iservi ta’ qassis bil-mohbi. Fl-ghodwa ta’ Sibt l-Ghid tal-1654 ghal hames sterlini gie ttradut u maqbud waqt li kellu fuqu lbies sagru. Sewwasew sabulu xi kitba li tiddefendi l-fidi kattolika. Patri Tirry gie mitfugh f’habs fi Clonmel. Offrewlu l-libertà jekk jaqleb ghat-taghlim protestant izda ghalxejn. Il-qorti kkundannatu bhala traditur tal-proklama tas-6 ta’ Jannar 1653 li kienet tipprojbixxi l-qassisin milli jibqghu fil-pajjiz. Fid-difiza tieghu huwa qal li dejjem kien jirrikonoxxi lill-gvern f’dak li huwa temporali izda f’dak li huwa spiritwali kien jimxi mal-kuxjenza tieghu u jobdi s-superjuri ta’ l-Ordni u l-Papa u ghalhekk kellu jibqa’ fil-pajjiz. Wara xi ftit il-qorti mgieghla mill-militar sabitu hati u kkundannatu li jigi mdendel minn ghonqu sakemm imut. Tirry liebes ta’ Agostinjan u b’kuruna f’idu mar ghat-taghliq. Waqt li kien tiela’ lejn Fethard fejn kellu jigi mghallaq bil-ktajjen ma’ idejh u b’habel m’ghonqu beda jhajjar il-folla biex jibqghu shah fil-fidi tal-Knisja u fidili lejn il-Papa. Fuq il-forka wara li hafer lil dawk it-tlieta li ttraddewh u wara li talab ghalihom, talab mahfra ghal dnubietu u xtaq l-assoluzzjoni ta’ xi qassis li forsi kien hemm. Huwa xtaq li forsi Patri O’Driscoll kien prezenti u fil-fatt kien qieghed hemm mal-folla. Miet mghallaq fit-2 ta’ Mejju tal-1645 skond il-kalendarju Guljanu, u fit-12 skond dak Gregorjan li kien maghruf ma’ parti kbira ta’ l-Ewropa. Il-Papa Gwanni Pawlu II ibbeatifikah fis-27 ta’ Settembru 1992 ma’ sittax-il martri ohra Irlandizi maqtula bejn l-1579 u l-1654.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible