|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Guliermu minn Toulouse
† 1369 AD
Nikola Bertran fil-ktieb tieghu “De Tholosanorum gestis” ippublikat fl-1515 u li fih gabar it-tradizzjonijet ta’ Toulouse jsemmi lil Guliermu ghall-ewwel darba. Minn dan il-ktieb nafu li Guliermu twieled f’Toulouse fi Franza ghall-habta tal-1297 go familja nobbli u li meta kellu dsatax-il sena dahal ma’ l-Agostinjani ta’ beltu. Gie mibghut Parigi biex ikompli l-istudju u ha t-titlu ta’ lettur tat-teologija. Meta rritorna fil-provincja tieghu gie moghti x-xoghol tal-predikazzjoni u b’hekk ghamel isem bhala oratur, direttur ta’ l-erwieh, jaqra l-qlub u promotur ghad-devozzjoni lejn l-erwieh tal-Purgatorju.
Il-“Hajja” tghidilna li kellu ghal qalbu t-talb, il-kontemplazzjoni u li kien jithaddet m’Alla. Din turina z-zelu tieghu, is-sawm u t-taqbid li kien ikollu max-xitan, mieghu nnifsu u anki bhala ezorcista. Tghidilna ukoll fuq xi mirakli li wettaq sew f’hajtu kif ukoll wara mewtu. Barra minn perijodu qasir li hu kien ghamel bhala pirjol tal-kunvent ta’ Pamiers jidher li l-bicca l-kbira ta’ hajtu kien ghaddieha fil-kunvent ta’ Toulouse fil-kwartier ta’ Saint-Etienne fejn f’dawk iz-zminijiet kien hemm il-kapitlu generali ta’ l-Ordni. Miet f’Toulouse fl-1369 u midfun fic-cimiterju konventwali, izda xi granet wara meta raw il-venerazzjoni tan-nies lejh il-fadlijiet tieghu gew mehuda fil-knisja ghall-qima tan-nies.
Fl-1893 il-Papa Ljun XIII ghamlu beatu.

|