|
Qaddisin Agostinjani
Beata Gulja della Rena minn Certaldo
1320 - 1370 AD
Twieldet fit-Toscana hdejn Certaldo ghall-habta tal-1320 minn familja nobbli li ftaqret. Sfat orfni ta’ eta’ zghira u dahlet tahdem mal-familja Tinolfi vicin Firenze fejn iltaqghet ma’ l-Agostinjani u l-qdusija taghhom. Meta l-anqas biss kellha ghoxrin sena dahlet ma’ l-Agostinjani lajki. Imbaghad hasset li kellha tghix hajja minghajr frughat, u fil-fjur ta’ xbubitha ghazlet li titlaq mill-belt u tmur tghix wehidha. Regghet lura f’Certaldo u kriet kamra hdejn il-knisja Agostinjana ta’ San Mikiel u San Gakbu. Minn dik il-kamra fethet zewg twieqi zghar, wahda taghti ghal gol-knisja biex hekk tkun prezenti ghall-funzjonijiet religjuzi u l-ohra ghal fuq barra biex minn hemm tiehu l-ikel li n-nies kienu jgibulha. Wahhlet kurcifiss mal-hajt u qabbdet bennej jaghlqilha l-bieb ta’ barra b’hajt. Qatt ma halliet “l-eremitagg“ taghha u bhall-habsin ghexet ghal tletin sena f’hajja mistika u ta’ talb maqtugha mid-dinja. Kienet taghmel penitenzi u titlob kuljum. Il-bdiewa ta’ Certaldo kienu jaghtuha x’tiekol. Skond ma ntqal anki t-tfal kienu johdulha xi haga x’tiekol u Gulja kienet tirringrazzjahom u taghtihom xi fjur friski f’kull stagun tas-sena. Ma nafu xejn izjed dwarha barra mill-gibda li kellhom lejha dawk li kienu jghixu f’dal-post. Mietet ghall-habta tal-1370 u din il-gibda lejha kibret wara mewtha ghax fl-1372 sar altar fl-istess knisja fejn ghexet u ndifnet. Sal-1506 in-nies ta’ Certaldo kienu jaghmlulha festa ghaliex kienu jqisuha bhala beata. Fl-1819 il-Papa Piju VII ikkonfermaha beata “ab immemorabili”.

|