Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Venerabbli Guzeppi Bartilmew Menochio
1741 - 1823 AD

Twieled f’Carmagnola fil-Piemonte fl-1741 u sar religjuz u dahal ma’ l-Agostinjani tal-Marche u sar sacerdot fl-1764. Fil-bidu beda jghallem it-teologija izda wara meta nduna li kien hemm bzonn ta’ hidma pastorali u l-bzonn ta’ azzjoni ta’ malajr intefa’ fuq il-predikazzjoni tal-popolin u ha l-fama ta’ predikatur qaddis u ta’ bniedem mirakoluz. Kien jitlob hafna u jaghmel penitenza biex jaqla’ minghand Alla l-mahfra tal-midinbin.Fl-1796 sar isqof koadjutur ta’ Reggio Emilia – izda minn hemm gie mkecci bhala “barrani” mill-Francizi li kienu qed jokkupaw hemmhekk. Ghal erba’ snin Monsinjur Menochio hadem bla mistrieh fl-episkopat ta’ hafna djocesi tal-Marche li kienu minghajr rghajja waqt l-okkupazzjoni Franciza. Ghajtulu ghall-konklavi ta’ Venezja bhala pro-sacrista pontificio u fl-1800 gie maghzul bhala sacrista u konfessur tal-Papa Piju VII li kien ghadu kemm lahaq. Minn dak iz-zmien sa mewtu baqa’ mal-Papa u qasam mieghu t-tahbit u l-inkwiet kollu. Kien mahbub mill-Papa daqs kemm kien mibghud minn Napuljun izda hu dahal b’sahhtu kollha biex iservi l-knisja b’fidi qawwija. Mar Parigi mal-Papa fl-1804 biex jinkuruna lil Napuljun fil-kattedral tan-Notre Dame u b’hekk il-figura ta’ dan l-Agostinjan umli u kuragguz baqghet ghal dejjem fil-pittura li fiha l-libsa tieghu sewda taghmel kuntrast qawwi mad-deheb u l-ilbies tant sinjur tal-kbarat ta’ l-imperatur. Meta l-Papa Piju VII gie mehud fi Franza (1809-1814) hu ma thalliex imur mieghu u baqa’ Ruma fil-post fejn kien joqghod vicin il-Quirinale li kien okkupat mit-truppi Francizi, mibghud izda rispettat. Ma ried qatt jiehu l-gurament ta’ fedeltà u baqa’ trux ghall-pressjonijiet li ghamlulu biex jikkonvertuh ghall-kawza ta’ l-imperatur. F’dik il-konfuzjoni ta’ dak iz-zmien hu kien l-uniku wiehed li seta’ jitkellem ghall-knisja Rumana. Ghex l-ahhar snin iservi l-vigarju ta’ Kristu, jghin u jmexxi spiritwalment hafna religjuzi u monasteri tal-belt. Kien habib tal-Beatu Stiefnu Bellesini li kien jiehdu jiltaqa’ man-novizzi. Hadem hafna biex jerga’ jwaqqaf kunventi Agostinjani li kienu gew maghluqa minn Napuljun. Miet fl-1823 u l-fdalijiet tieghu jinsabu fil-knisja ta’ Santu Wistin f’Ruma. Fl-14 ta’ Mejju 1991 il-Papa Gwanni Pawlu II iffirma d-digriet tal-qlubija tal-virtujiet tieghu.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible