Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

San Gwann minn Sahagun
1430 - 1479 AD

“Missier, ma tafx taghlaq halqek! Sur duka, ghalfejn nitla’ fuq il-pulptu? Biex nghid il-verità lil min qed jismaghni jew biex bla misthija nzieghel bihom biex ifahhruni?” Dan il-kliem intqal bejn id-duka t’Alba li mar ghall-funzjoni religjuza u l-patri Agostinjan Gwanni minn Sahagun li ghamel il-priedka. Dak il-jum Patri Gwanni pprofitta mill-prezenza ta’ hafna nobbli tal-belt u awtoritajiet civili, sabiex jikxef il-gvern hazin u l-ingustizzji tal-prepotenti ma’ dawk li kienu dghajfa.

Gwanni twieled f’Sahagun fi Spanja ghall-habta tal-1430. Meta kien ghadu zghir zijuh sablu post fil-kurja ta’ l-isqof ta’ Burgos u gablu beneficcju tal-knisja. Wara sar qassis. Izda meta kellu 33 sena Gwanni waqa’ fi krizi: ma setax jghix mill-ghalqa tal-Mulej bla ma jahdimha. Ghalhekk wara li miet l-isqof hu biddel hajtu u dahal ma’ l-Agostinjani u ntefa’ b’ruhu u gismu ghall-apostolat, jippriedka l-paci u l-gustizzja socjali. “Jekk xi hadd isaqsini fuq Gwanni,” jghid wiehed li ghex fi zmienu ”fejn jidhlu l-foqra, il-morda, ir-romol, it-tfal sfruttati, nirrispondi li huwa kien ihoss fin-natura tieghu li ghandu jghinhom bil-kelma t-tajba u bil-karità. Wara li waqqaf il-mibeghda u l-glied kellu f’mohhu li jgib il-paci u l-ftehim fost kulhadd. Meta kien Salamanca li kienet imfarrka bi glied civili rnexxielu jwaqqaf stragi kbira”. Bl-isforzi tieghu bla waqfien biex igib il-paci fl-1476 in-nobbli ta’ Salamanca ffirmaw ftehim ta’ qbil bejniethom. Kienet l-Ewkaristija li hu kien jiccelebra b’tant devozzjoni li tatu s-sahha u l-kuragg. Miet fl-1479. Il-process tal-kanonizzazzjoni spicca billi fl-1601 sar beatu u fl-1690 sar qaddis. Il-fdalijiet tieghu qeghdin fil-kattidral il-gdid ta’ Salamanca, belt mimlija postijiet li fihom il-qaddis ghamel opri ta’ qdusija f’hajtu jew f’mewtu.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible