Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

San Gwann Stone
MIET FL-1539 AD

Fit-3 ta’ Novembru 1534 il-parlament Ingliz iddikjara li r-re kien il-kap ewlieni tal-Knisja Anglikana u ghalhekk giet ufficjalment imhabbra lis-sudditi kollha x-xizma mill-Knisja Kattolika. Ghar-religjuzi ma baqa’ xejn hlief jaghzlu wahda minn dawn it-tlieta: jew jiehdu gurament ta’ fedeltà lejn ir-re u jwarrbu l-hajja religjuza jew isiefru jew jintbaghtu l-habs jew ghall-mewt. Patri Gwanni Stone tal-kunvent ta’ Canterbury ghamel l-ghazla li kienet taqbel ma’ dak li kien jemmen. Meta fl-14 ta’ Dicembru 1538 deputat tar-re baghtuh fil-kunvent biex jordnalhom jaghalqu u biex il-membri kollha tal-komunità jiffirmaw il-gurmant ta’ fedeltà, hafna cedew bil-biza’ izda patri Gwanni ma riedx. Ghalhekk intbaghat f’habs u deher ukoll quddiem il-Prim Ministru Thomas Cromwell li xtaq jikkonvincih ghax-xizma, izda xejn u hadd ma seta’ jdawru. Fit-tnax-il xahar li ghamel fil-habs kienet ix-xewqa tieghu li jaghmel izjed penitenzi biex izid ma’ dak kollu li kien qed ibati u hekk ikollu izjed sahha biex jibqa’ fidil lejn Kristu. Fl-ahhar wasal il-process u s-sentenza: “il-papista” gie kkundannat ghall-mewt. Fis-27 ta’ Dicembru 1539 purcissjoni ghaddiet mit-triqat ta’ Canterbury b’patri Gwanni marbut fuq kannizzata migbuda minn ziemel u wara li qasmet il-belt baqghet tielgha fuq gholja barra l-hitan tal-belt fejn ghallquh. Imbaghad skond l-uzanza ta’ dak iz-zmien gismu qattghuh u l-bicciet ghallewhom f’kaldarun. Fil-ktieb tac-cambellan ta’ Canterbury hemm lista ta’ l-ispejjez imhallsa ghall-injam li gie wzat biex jarmaw il-forka ghal patri Stone. “Nofs tunellata njam ghall-forka ta’ patri Stone: 2 xellini u sitt soldi”. Fl-1886 il-Papa Ljun X ghamlu beatu u fil-25 ta’ Ottubru 1970 il-Papa Pawlu VI iddikjarah qaddis ma’ 39 martri ohra, qassisin, religjuzi u lajci, irgiel u nisa maqtula minhabba l-verità u l-ghaqda tal-Knisja.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible