Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Venerabbli Gwanni Battista Jossa
1767 - 1828 AD

“Inkun il-bidillu ta’ Gesù Kristu”. B’dan il-kliem Gwanni Battista Jossa, Naplitan sincier ta’ 33 sena ha d-decizjoni li jitlaq ix-xoghol tieghu ta’ bidillu fil-Qorti ta’ Napli. Kienet ghazla ta’ kuxjenza. Hu ma setax jara izjed il-Gjakobini Francizi li wara li okkupaw ir-renju ta’ Napli riedu lil dawk li kienu jahdmu mal-gvern jiehdu l-gurament li jkunu fidili lejn il-ligijiet Francizi li kienu kontra l-libertà u d-drittijiet tal-fidi kattolika. Ghalhekk halla l-post li kellu u ma hax dan il-gurament – ghazla li tatu hin biex ikompli x-xoghol tieghu preferit, dak li jghin lill-foqra, lill-morda u lit-tfal ltiema. Twieled f’Napli fl-1767, l-ewwel fost seba’ ahwa u ta’ tlettax-il sena, meta miet missieru li kien bidillu mal-Qorti Suprema tar-renju, ha postu u s-superjuri u dawk li jahdmu mieghu kellhom fiducja kbira fih ghax kien onest u rett. Il-belt ta’ Napli tal-Borboni fi tmiem is-snin ‘700 u l-bidu tas-snin ‘800 mimlija palazzi sbieh u triqat wisghin kienet wahda mill-isbah bliet ta’ l-Ewropa izda fil-mohbi kienet belt ta’ mizerja sew materjali kif ukoll morali. Kien f’dan l-ambjent li Jossa mimli mhabba lejn il-proxxmu hadem socjalment u kristjanament. Ma riedx jizzewweg biex ikollu hin ghall-foqra u ried jibqa’ lajk biex ikun jista’ jidhol kullimkien anki f’dawk il-postijiet ta’ hazen. Kien ihobb il-komunità Agostinjana tal-knisja ta’ Santu Wistin alla Zecca u l-komunità tas-sorijiet Agostinjani oblati. Kien organizza servizz ta’ karità b’dak kollu li kien idabbar u jgib id-dar. Aghtu bil-qalb – kien jghid – il-karità qatt ma ghamlet lil xi hadd fqir. Hu stess ghex ta’ fqir, bil-karità u bla ma kellu dar tieghu. Ghal tmienja u ghoxrin sena t-triqat dojoq u fqar ta’ Napli kienu l-palk fejn kien jaghti lilu nnifsu ghal haddiehor. Din l-imhabba lejn il-fqar u l-morda kienet il-qofol ta’ l-imhabba tieghu lejn Kristu. Kien ta’ spiss jghid, “Jekk tigu mieghi fl-isptarijiet u l-habsijiet issibu l-istess persuna ta’ Gesù Kristu”. Miet fl-1828 meta kellu wiehed u sittin sena wara xi xhur ibati minn marda qalila li kien jissaporti bil-pacenzja u l-imhabba. Sa l-ahhar baqa’ jghin lill-batuti u lilhom halla dik ix-xi haga li kellu fosthom is-sodda tieghu, “ghalija bizzejjed li nintefa’ fl-art”. Xtaq jindifen fil-knisja ta’ Santu Wistin fejn ghadu hemm sallum. Fit-22 ta’ Gunju 1972 il-Papa Pawlu VI hareg digriet fuq il-qlubija tal-virtujiet tieghu.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible