Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Gwanni Battista Moya
1504 - 1567 AD

Twieled f’Jaén, Spanja, fl-1504. Fl-1522 dahal ma’ l-Ordni Agostinjan fil-belt ta’ Salamanca fejn studja. Is-sena ta’ wara ghamel il-professjoni tieghu f’idejn San Tumas minn Villanova li kien superjur tad-dar. Huwa qaddes fl-1527 u fost shabu novizzi nsibu lil Sant’ Alfons de Orosco, Alfons de Borja u Agostin de Coruña. Fl-1533 huwa kellu jmur bhala missjunarju Agostinjan fil-Messiku ma’ l-ahhar tnejn li semmejna, izda tilef il-vapur u wasal hemm fl-1536. Meta wasal fin-Nueva España baghtuh jevangelizza fl-art ta’ l-istat ta’ Guerrero bejn ix-xmara Balsas u l-bahar Pacifiku. Fl-1543 sar superjur tal-kunvent tal-belt tal-Messiku fejn dam sentejn ghax ma riedx jerga’ jigi mahtur. Huwa sar l-ewwel pirjol ta’ Huaucinango fl-istat ta’ Puebla u mal-patri Antonio de Roa beda jevangelizza n-nies ”otomíes” ta’ Huasteca. Fl-1550 mar lura l-Messiku bhala kunsillier tal-provincjal, imma wara ftit marad u ntbaghat Morelia fejn dam sentejn. Malli lahaq pirjol ta’ Tacámbaro fl-1554 beda jevangelizza t-Terra Caliente territorju kbir ta’ klima shuna tahraq li kienu jighixu fih it-“tarascos” vicin l-istati ta’ Michoacán u ta’ Guerrero. Hawnhekk qatta’ l-bqija ta’ hajtu. Kien dejjem religjuz ezemplari, fqir u serju u ghalih innifsu dejjem kellu bzonn ta’ affarijiet zghar. Meta kien joqghod fil-bliet kien jintefa’ jippriedka, iqarar u jmur jara l-fqar u l-habsin. Ghalkemm kien superjur kien ifittex dejjem iz-zghar. Kien jaghti kas hafna tal-morda, izda huwa wera l-kobor ta’ l-ispirtu tieghu ma’ l-indigeni. Billi kien jaf il-lingwi “otomì” u “purepecha” kellu l-hila jersaq izjed lejhom u jidhol fil-fond tal-kultura u tat-tradizzjonijiet taghhom. B’dan il-mod kien jiddefendi l-valuri religjuzi taghhom u kien tal-fehma li kellhom jircievu s-sagramenti, specjalment il-qrar u t-tqarbin, ghax ma kellhom xejn differenti mill-Ewropej. Ghalkemm sahhtu kienet dghajfa ghamel hiltu biex bena postijiet bil-knejjes, skejjel u sptarijiet taghhom. Meta ma kellux sahha jimxi izjed u l-anqas biex jieqaf fuq saqajh ghall-ewwel darba hallas biex igorruh l-“inditos” fuq strecer sal-kunvent ta’ Morelia. Wara ftit miet fil-Milied tal-1567 waqt li kienu qed jiccelebraw il-“posadas”. Fil-15 ta’ Lulju 1996 inghatat l-approvazzjoni ufficjali u fl-14 ta’ Settembru bdiet il-kawsa djocesana f’Morelia. Din spiccat fit-18 t’Awwissu 1997. Fis-17 t’April 1998 hareg id-Digriet tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible