Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Gwanni Bono
1168 - 1249 AD

Twieled f’Mantova fl-1168. Wara li mietlu missieru meta kellu madwar 16-il sena telaq ‘l ommu u beda jdur mar-regjuni ta’ l-Italja bhala attur komiku, izda meta fl-1209 marad sewwa ddecieda li jbiddel hajtu u beda jaghmel penitenzi biex ipatti ghal dnubietu. Meta rega’ ha sahhtu kompla l-weghda tieghu u beda jghix wahdu hdejn Bertinoro u mill-1210 jew ftit wara sal-1249 ghex f’post iehor izjed imwarrab jismu Butriolo fejn Cesena. Minn hawnhekk kien hemm xi whud li nghaqdu mieghu u waqqfu dik li kellha tkun il-Kongregazzjoni, izda hu baqa’ jghix ta’ eremita. Kellu biss kurcifiss, kwadru tal-Madonna, friskatur bl-ilma mbierek u mejda li fuqha kien jorqod bil-hwejjeg b’kollox. Ix-xewk u l-ghollieq li kien juza fil-granet ta’ penitenzi horox meta kien marid gew mibdula ma’ ftit tiben u zewg mantelli, wiehed fuq il-mejda u l-iehor biex jitghatta bih. Hdejn il-post fejn kien joqghod giet mibnija knisja lil Santa Marija ta’ Butriolo fejn hu kien imur jisma’ l-quddies. Ix-xhieda fil-process tieghu qalu li hu kien iqerr ta’ spiss, kien umli, twajjeb u jaghti l-karità.

Sa minn meta beda jkollu s-segwaci tieghu, bdew ukoll iz-zjajjar ta’ nies li kienu migbuda mill-konverzjoniet tieghu spiritwali. Dan juri l-frott tat-tahdidiet tieghu ma’ nies ta’ kull klassi. Mhux biss ma kienx qassis izda l-anqas kien jaf jaqra jew jikteb. Kien jisma’ l-quddiesa u l-uffizzju mqaddes u kien jaf il-Missierna, is-Sliema, il-Kredu, il-Miserere u xi salm iehor bl-amment. Huwa ha t-taghlim spiritwali mid-dar, minn xi priedki li kien sema’ wara li kkonverta u minn siltiet mill-Bibbja li hu kien jirrepeti waqt it-tahdidiet tieghu. Dan il-ftit taghlim issahhah bil-virtujiet li kellu u bl-ghaqda tieghu m’Alla. L-istitut li waqqaf infirex ma’ hafna postijiet izda billi ma kellu l-ebda regola, dawk li kienu mieghu ghamlu rikors Ruma li tathom ir-regola ta’ Santu Wistin. Meta kellu ’l fuq minn sebghin sena xtaq li jpoggi l-komunità f’idejn soda biex b’hekk l-ahhar ghaxar snin ta’ hajtu jghaddihom fit-talb. Fl-ewwel granet t’Ottubru 1249 beda l-vjagg tieghu ma’ xi dixxipli lejn Mantova u meta wasal fil-belt fejn twieled inghalaq fl-eremitagg ta’ Sant’Anjeze in Porto fejn miet fit-16 ta’ l-istess xahar. Fl-1483 il-Papa Sistu IV iddikjarah beatu.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible