Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Venerabbli Gwanni Nicolucci ta' San Guliermu
1552 - 1621 AD

Twieled f’Montecassiano (Macerata) fil-15 ta’ Lulju 1552 u wara ftit safa orfni miz-zewg genituri, izda sab kenn fid-dar sinjura ta’ Bartilmew Quattrini, kumpajzan tieghu. F’Settembru tal-1570 dahal mal-Agostinani fil-kunvent ta’ San Mark li kien hemm fil-post fejn twieled. Qabel ma ha l-quddiesa (fl-1575) studja fil-Marche u wara fil-Veneto u f’Romagna u waqt li kien Padova waqa’ vittma ta’ xibka infami u kellu jsofri u jumilja ruhu ghal pieni horox tal-knisja sakemm fl-1587 il-general ta’ l-Ordni Gregorju minn Montelparo, li wara sar kardinal, sar jaf li kien bla htija. Fl-istess hin kien jghallem il-filosofija u t-teologija ghand ic-elestini ta’ Sulmona minn fejn ghadda ghal Santu Wistin f’Ruma. L-istess General ghamlu superjur tan-novizzi tal-kunvent ta’ S. Felice f’Giano ta’ l-Umbria u minn hawn mar Perugia u wara bhala pirjol l-ewwel f’Camerino (1590) u mbaghad f’Montecassiano (1592). Billi kellu ghal qalbu s-solitudini gab il-permess mis-superjuri biex jirtira fl-eremitagg tal-Madonna ta’ Sasserta fis-Senese u wara f’dak ta’ S. Guliermu Eremita f’Castiglione ta' Pescaia fil-Maremma. Hawnhekk il-qdusija tieghu gibdet hafna pellegrinaggi minn kullimkien. Kien ukoll mitlub biex jippriedka jew biex jaghti pariri spiritwali u kien maghruf minn kulhadd ghall-penitenzi, it-talb, u d-devozjoni li kellu ghall-Passjoni u ghall-Madonna. F’Tirli (dejjem fit-territorju ta’ Castiglione ta’ Pescaia) waqqaf eremitegg fejn irtira. Fit-3 ta’ Mejju 1621 thajjar mir-riforma ta’ l-Agostinjani Skalzi u dahal jaghmel parti mill-kunvent ta’ Battignano (Grosseto) u ha l-isem ta’ Gwanni ta’ San Guliermu u baqa’ hemm sal-15 t’Awwissu ta’ l-istess sena meta miet ta’ qaddis. M’hemmx ghalfejn nghidu kemm nies u kbarat kemm tal-knisja kif ukoll lajki kienu jiccelebraw anki wara mewtu l-qdusija u l-grazzji li kienu jaqilghu bl-intercessjoni tieghu. Sa mill-bidu tal-1625 bdiet il-kawza ghall-beatifikazzjoni u fl-1771 gew approvati l-virtujiet tieghu. Fl-1894 iltaqghet il-kongregazzjoni preparatorja tal-mirakli. Il-venerabbli maghruf anki bhala “l-Appostlu tal-Maremma” halla hafna xoghol letterarju, kwazi kollu manuskritt, fuq l-ispiritwalità u l-Madonna.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible