Gwanni McKniff
1905 - 1994 AD
Twieled fl-1905 f’Media, Pennsylvania, l-Istati Uniti, u ta’ erbatax-il sena dahal fis-seminarju Agostinjan ta’ Villanova. Accettawh bhala novizz fl-1923 u pprofessa s-sena ta’ wara u fl-1930 ordna sacerdot f’Ruma fejn ha d-dottorat fil-filosofija. Meta rritorna f’art twelidu, wara li ghallem ghal xi snin fis-seminarju ta’ Villanova, fl-1935 telaq lejn il-Filippini u fl-1939 mar Havana bhala professur tal-kullegg ta’ Santu Wistin – l-Università futura Kattolika. Wara ftit kellu f’idejh il-parrocca ta’ Cristo del Buen Camino, fil-parti qadima tal-port tal-kapitali ta’ Kuba. Hawnhekk huwa ghen sewwa spiritwalment kif ukoll fil-bzonnijiet ta’ kuljum lin-nies billi fethilhom skejjel b’xejn, centri ta’ l-isport fejn kien jaghmilha wkoll ta’ kowc, ta’ tabib u waqqaf ukoll it-Terz Ordni Agostinjan. Meta waslet ir-rivoluzzjoni ta’ Castro “il Padresito Juan” irnexxielu jibqa’ fejn kien ghalkemm kellu jbati sew il-habs kif ukoll kienu waslu biex jiffucillawh. Fl-1968 ir-regim komunista billi kien jaf li dan kien stmat mill-poplu ghal dak kollu li kien ghamel u billi ghen il-feruti fl-ispluzjoni tal-bastiment La Couvre fil-port ta’ Havana, hallewh imur jara lil qrabatu bil-patt li ma jergax lura Kuba. Wara 29 sena hekk ghalqet l-esperjenza tieghu f’Kuba u ghalkemm kellu fuq is-sittin sena offra li jmur fil-missjoni tal-vigarjat ta’ Chulucanas fit-tramuntana tal-Perù meta kien accettat mill-provincja ta’ Chicago u hemmhekk wara xi ftit zmien li ghallem fil-belt ta’ Trujillo, ghadda l-ahhar tliet u ghoxrin sena ta’ hajtu jahdem bla waqfien ghas-servizz tal-fqar, tal-lajci Agostinjani u tal-Legjun ta’ Marija li “waqqaf” hu fir-regjun. Matul il-hajja twila tieghu huwa kien maghruf ghall-imhabba lejn il-Madonna, il-fqar u l-efficjenza operativa. Kien ubbjdienti, ferriehi, sportiv u bi spirtu zaghzugh dejjem lest ghal dak kollu li jinqala’. Meta fl-1986 il-General Martin Nolan talab ghal xi voluntiera ghall-postijiet li kien fihom xi diffikultajiet huwa ta’ 81 sena kien l-ewwel li offra s-servizz tieghu. U erba’ snin wara offra lill-General il-gdid Miguel Angel Orcasitas.
Miet f’Miami, Florida, fl-24 ta’ Marzu 1994 meta gie lura mill-Perù wara xi gimghat ta’ mistrieh fl-Istati Uniti. Gie midfun fic-cimiteru pubbliku u b’hekk kien vicin dawk il-hafna Kubani eziljati li kienu jqisuh bhala ghalliem u raghaj. Fis-7 ta’ Lulju 2000 is-Santa Sede tat in-nihil obstat u fis-Sena Gubilari fil-festa ta’ Santu Wistin bdiet l-inkjesta djocesana fi Chulucanas.