|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Isaija Boner
c. 1400 - 1471 AD
Miet fit-8 ta’ Novembru 1471 fi Krakovja. Kien professor tat-teologija f’dik l-università, mghallem ta’ hajja religjuza u spiritwali, habib tal-qaddisin u beati ta’ dak li kien jissejjah “felix saeculum Cracoviae” , maghruf fuq kollox ghall-imhabba tal-proxxmu, ghaz-zelu apostoliku u ghall-hajja minghajr frughat. Ma nafux ezatt is-sena ta’ twelidu izda nafu li fl-1415 dahal ma’ l-Agostinjani fil-kunvent ta’ Santa Katerina ta’ Krakovja. Kienu zminijiet koroh tax-xizma tal-punent u tat-trijonf ta’ l-ereziji ta’ John Hus (1369-1415) li xi sena wara taw bidu ghall-gwerra fil-Boemja. Fl-1419 baghtuh jistudja Padova fejn dam ghal xi erba’ snin, sar lettur tat-teologija u ordna sacerdot. Lura f’pajjizu kellu f’idejh iz-zghazagh professi li hu kien jghinhom jiffurmaw ruhhom spiritwalment u jghallimhom l-Iskrittura fl-iskola tal-kunvent. Lahaq vizitatur provincjali u dar il-Provincja tal-Bavarja li kienet kbira. Fl-1443 lahaq ghalliem fl-università ta’ Krakovja.
Fl-1452 kien Ratisbona bhala rapprezentant tal-Patri General biex jippresiedi l-Kapitlu Provincjali u dan juri kemm kien stmat “l-Ghalliem tal-Polonja”. Izda x-xoghol tieghu principali kien it-taghlim tax-xjenzi sagri fl-università ta’ Krakovja, fejn kien maghruf minn dawk li ghexu fi zmienu l-izjed ghall-hila li kellu li jghaqqad it-talb u r-ricerka.
Meta miet gie midfun fil-kunvent. Mill-ewwel in-nies kienu jqisuh bhala qaddis u dan kompla bil-mirakli u l-grazzji li kienu jaqilghu bl-intercessjoni tieghu. Hafna kienu dawk, specjalment studenti ta’ l-università li ghamlu pellegrinaggi fejn qabru. Fl-ahhar fl-20 ta’ Dicembru 1994 il-Postulazjoni Generali tal-Agostinjani talbet ghall-ftuh tal-process fuq il-qdusija u l-virtujiet ta’ Boner. L-inkjesta djocesana hadet mill-20 ta’ Novembru sal-21 ta’ Dicembru 1996. Fl-1 ta’ Frar 1997 inghata in-nihil obstat tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin biex tkompli u fil-5 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena hareg id-digriet ufficjali.

|