|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana
1451 - 1479 AD
Fl-1451 Kerubinu twieled mill-familja nobbli Testa f’Avigliana (Turin). Mill-ewwel intefa’ ghall-hajja religjuza u nghaqad ma’ l-Eremitani ta’ Santu Wistin fil-kunvent tal-post imwaqqaf mill-beatu Adrjanu Berzetta minn Buronzo. Hawnhekk ghex hajja minghajr frughat f’mortifikazzjonijiet u qdusija, dejjem lest biex jobdi u jghin. Kien maghruf ghas-safa tieghu u ghad-devozzjoni kbira li kellu ghall-Passjoni ta’ Kristu. Ta’ sikwit kien jghaddi l-gurnata f’biki u f’kontemplazzjoni lejn Gesù Msallab. Miet meta kellu tmienja u ghoxrin sena fis-17 ta’ Settembru 1479 fl-istess kunvent t’Avigliana. Jghidu li waqt li kienet hierga ruhu l-qniepen tal-post bdew idoqqu wehidhom biex bhalkieku kienu qeghdin juru d-dahla tieghu fil-genna. Fit-tpingija li darba kienet fid-dahla tal-kunvent antik Agostinjan ta’ Tolentino fil-Marche, il-beatu Kerubinu kien impingi b’raggiera, b’gilju hiereg minn qalbu u b’kurcifiss f’idu l-leminija u kien hemm kitba li-tghid: “Beatus Cherubinus de Aviliana, conventus S. Augustini Avilianae magnus splendor” . Hemm xi kittieba Agostinjani fosthom it-Torelli u l-Elsen li jghidu li l-gilju hiereg minn qalbu kien tabilhaqq juri r-riha li kienu jxommu l-patrijiet hierga mill-qabar tieghu waqt li huma kien jkunu sejrin ghall-kor u meta kien deciz li jinqala’ l-fdal tieghu biex jitpogga f’post ahjar malli fethuh b’miraklu hareg gilju minn qalbu. Dawn il-mirakli gew studjati wara mewtu u tant ikkonfermaw il-qdusija tieghu li fil-21 ta’ Settembru 1865 il-Papa Piju IX ghamlu beatu.

|