Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Santa Klara tas-Salib minn Montefalco
1268 - 1308 AD

Klara, li kienet ta’ qdusija kbira fil-bidu ta’ l-istorja Agostinjana u li tat esperjenza spiritwali unika u kbira, twieldet f’Montefalco u ta’ sitt snin kienet ga hasset is-sejha ghall-hajja moghtija ‘l Alla. Meta kienet ga wriet maturità mhux biss umana izda wkoll spiritwali mhux tas-soltu dahlet f’kunvent mibni minn missierha ghal ohtha l-kbira Gwanna u shabha li kienu qeghdin jghixu hajja ta’ talb. Fl-1290 dawn il-ftit xbejbiet u Klara, li kienet hadet l-isem ta’ “Klara tas-Salib”, gew moghtija s-setgha li jiffurmaw monasteru bir-regula ta’ Santu Wistin. Is-sena ta’ wara ohtha mietet u Klara giet maghzula superjura u baqghet hekk sa ma mietet.

Meta kienet ga matura spiritwalment Klara hasset sejha ghall-esperjenza mhux tas-soltu u wara zmien twil ta’ safa waslet ghall-ghaqda mistika ma’ Kristu Kurcifiss. Il-hajja taghha mwarrba ma zammithiex ‘il boghod mill-apostolat ta’ ghajnuna lil dawk kollha li kienu jigu l-monasteru ghal xi haga jew ohra. Kienet tiehu sehem fil-Knisja u ghalhekk kellha kuntatti ma’ isqfijiet u kardinali. Hija kienet taghti pariri sew lill-qassisin kif ukoll lir-religjuzi. Ghalkemm hija kwazi bilkemm kienet taf tikteb u taqra kixfet u kkundannat it-twemmin hazin ta’ dawk li kienu mexjin wara “Libero Spirito” . Wara li l-Mulej kien naddafha bit-tigrib li kienet thoss go fiha, rabatha mieghu billi taha s-sinjali tal-Passjoni Tieghu. Fl-ahhar zmien ta’ hajjitha kienet tirrepeti u tghid li Kristu kien dahhalha f’Qalbu. Hekk kif mietet fl-eta’ ta’ 40 sena fis-17 t’Awwissu 1308 is-sorijiet li kienu maghha riedu jippruvaw is-sens u l-valur ta’ kliemha u meta qalghulha qalbha sabu fuqha s-sinjali tal-Passjoni. Berengarju, il-vigarju generali ta’ Spoleto li ma setax jemmen mar Montefalco biex jara b’ghajnejh l-ghejdut tan-nies fuq Klara li forsi kienu wkoll xi qlajjiet tas-sorijiet. Imma meta ra b’ghajnejh sar ammiratur kbir ta’ Klara u kien l-ewwel wiehed li kiteb il-hajja taghha kif ukoll kien l-animatur fil-process tal-kawza ghall-kanonizzazzjoni li sar bejn l-1318 u 1319 migbur f’486 test. Izda Klara giet mghollija ghall-altari fl-1881 mill-Papa Ljun XIII. Is-soru Klara, anki jekk wiehed ma jista’ qatt jimitaha, turi l-innocenza li Alla gabar fiha qabel ma t-tajn tad-dinja kissirha u hassarha. Ghalhekk fil-persuna ta’ Klara ahna nergghu nsibu dik l-imhabba nadifa u mimlija ghall-Mulej, u nintelqu f’idejn Alla biex Huwa jkun jista’ johloq hlejjjaq mhux tas-soltu.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible