|
Qaddisin Agostinjani
Klement Fuhl
1874 - 1935 AD
Twieled f’Aidhausen (il-Germanja) u ghammduh bl-isem ta’ Vincenz. Ghamel l-ewwel studji f’Münnerstadt. Wara li pprofessa fil-kunvent Agostinjan ta’ Wurzburg bl-isem ta’ Klement (1894) ghadda s-snin ta’ wara jistudja u jifforma ruhu taht Patri Piju Keller. Ordnat sacerdot (1897) kien l-ewwel vici-surmast tan-novizzi (1899-1902). Wara sar surmast tan-novizzi (1902-1908) u tal-professi (1908-1912) u pirjol tal-kunvent ta’ Münnerstadt (1912-1916). Hafna drabi kien kunsillier tal-provincjal u darbtejn segretarju tal-provincja. Kien provincjal bejn l-1920 u l-1929, is-sena li fiha telaq ghall-missjoni Germaniza fl-Istati Uniti bhala kummissarju provincjali. Bi spirtu qawwi gedded il-provincja Germaniza wara l-ewwel gwerra dinjija u waqqaf pjan ta’ formazzjoni umana, spiritwali u socjali ghal hutu lajci. Fil-Kapitlu Generali tal-1931 gie elett Pirjol Generali u l-ewwel xoghol li kellu kien li jerga’ jsahhah il-Kullegg Internazzjonali ta’ Ruma u ordna l-provincji kollha biex jibaghtu zghazagh ta’ hila u ta’ virtujiet biex hemm jaghmlu korsijiet superjuri. Waqt li kien General – fl-1933 fetah dar f’Annaba, Ippona l-Antika – u ghalkemm id-diffikultajiet ta’ dak iz-zmien l-Ordni kollu ghamel progress kbir. Ipprepara statut biex jorganizza sew it-taghlim kif ukoll l-ispitwalità imma fuq kollox xerred entuzjazmu shih fl-idea evangelika. Ghamel il-vista ta’ l-Ewropa entrali u fl-ahhar tal-1934 ta’ l-Amerka t’Isfel. Waqt li kien mal-missjunarji Olandizi tal-Bolivja miet fil-31 ta’ Marzu 1935 f’La Paz. Il-fdalijiet tieghu gew mehuda f’Würzburg. Kien bniedem ezemplari mimli virtujiet, umiltà, sagrificcju u spiritwalità. Il-process tal-beatifikazzjoni digà beda u lkoll nittamaw li l-Mulej jigglorifika dan is-serv fidil tieghu billi jitellghu fuq l-altari.

|