Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Klement ta' Osimo
† 1291 AD

Twieled f’Osimo fil-Marche fil-bidu tas-seklu XIII (hemm xi kittieba li jghidu li kien minn S. Elpidio). Fl-1256 meta kien ghadu tfajjel dahal fil-kongregazzjoni ta’ l-eremiti ta’ Brettino, li nghaqad ma’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ga provincjal ta’ Ancona. Kien General ta’ l-Ordni ghal tliet snin mill-1271. Wara li ma riedx ikompli ta’ General ghex hajja mwarrba u kellu x-xoghol ta’ Vizitatur tal-Provincja ta’ Ruma. Gie elett ghat-tieni darba fl-1284, ikkonfermat fl-1287 u mgieghel jaccetta dax-xoghol mill-kapitlu ta’ Ratisbona fl-1290. Izda l-mewt giet fuqu fir-rebbiegha tas-sena ta’ wara.

Bhala superjur kien jahdem bla waqfien, kien jinsisti fuq il-hajja religjuza, irnexxielu jgib ghajnuna ta’ flus, gab minghand il-Papa l-privilegg tal-helsien mill-gurisdizzjoni ta’ l-isqfijiet, waqqaf kunventi tan-nisa, u biblijoteki u arkivji provincjali. Bhala superjur Klement jispikka fi tliet affarijiet: fl-1284 ta bidu fl-Ordni ghat-tradizzjoni Marjana bil- “Benedicta Tu” u bil-“Vigiliae B.M. Virginis” ghall-unur tal-Madonna tal-Grazzja; ta formazzjoni u xerred il-Kostituzzjonijet imsejjha “Ratisbonensi” (1290) li baqghu sal-Koncilju ta’ Trentu, kif ukoll ta sahha l-kultura fl-Ordni billi waqqaf Universitajiet ta’ taghlim generali f’Ruma, f’Bolonja, f’Padova, f’Napli u f’Parigi. B’fama ta’ tawmaturgu u qaddis miet fit-18 t’April 1291 f’Orvieto fejn indifen. Fl-ahhar tas-seklu XIX il-fdalijiet tieghu gew mehuda fil-knisja ta’ Santu Wistin f’Ruma u fl-1970 fil-kapella tal-Kurja Generalizja Agostinjana. Il-Papa Klement XIII fl-1761 ikkonferma l-kult tieghu “ab immemorabili” .

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible