Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beata Kristina mill-Aquila
1480 - 1543 AD

Kristina fis-seklu kien jisimha Mattia Ciccarelli. Hi twieldet minn Domenico u Maria di Pericolo f’Colle dei Lucoli (l’Aquila) fl-24 ta’ Frar 1480 u kienet l-ahhar fost is-sitt ulied. Minn età ckejkna kienet mimlija bil-virtujiet ta’ l-ubbidjenza, umiltà, safa u mitfugha ghat-talb li kienet taghmel matul il-gurnata kollha f’rokna tad-dar quddiem xbieha tal-Madonna tal-Pieta'. Mat-talb kienet izzid cahda u sawm iebes li sahansitra kerrhet lilha nfisha biex ma tkun ammirata minn hadd. Ta’ hdax-il sena saret taf lill-beatu Vincenz mill-Aquila li sar id-direttur spiritwali taghha u mieghu stqarret ix-xewqa taghha li tikkonsagra lilha nfisha lill-Mulej billi tidhol religjuza. F’Gunju 1505 dahlet fil-monasteru ta’ Santa Lucija ta’ l-Agostinjani fl-Aquila, fejn hadet il-libsa u l-isem ta’ Kristina. L-imhabba, l-ubbidjenza u l-umiltà li kienet thaddan kuljum kienu prova bizzejjed biex tohloq rispett fost is-sorijiet l-ohra li wara ftit ghazluha bhala badessa. Meta kienet maghrufa ghall-qdusija taghha, ghall-vizjonijiet li kien ikollha u l-mirakli li kienet twettaq, hafna nies, foqra u sinjuruni, kienu jmorru jarawha. Fost l-estasi li l-Mulej zejjinha bihom tnejn jibqghu jissemmew – wahda f’Corpus Domini meta nqatghet mill-art u fuq sidirha dehret l-Ostja f’pissidi tad-deheb (u ghalhekk hafna drabi hekk pingewha lil din il-beata) u l-ohra li sehhet fil-Gimgha l-Kbira u li damet sa Sibt il-Ghid, kienet, kif qalet hi, batiet bicca kbira mill-Passjoni tal-Mulej. Billi ma tantx kient b’sahhitha u kienet ukoll marida mietet fit-18 ta’Jannar 1543. Meta nghalaq il-monasteru Agostinjan ta’ Santa Lucija fit-12 t’Ottubru 1908 il-fdalijiet taghha haduhom fil-monasteru ta’ Sant’Amico. Il-kult taghha li ftit wara mewtha kien ga maghruf sewwa gie kkonfermat fl-1841 mill-Papa Girgor XVI.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible