Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beata Kristina minn Spoleto
1432 - 1458 AD

L-ewwel grajja importanti fil-hajja ta’ din il-mara singulari sehhet ghall-habta tal-1450 jew xi sena wara meta hija ddecidiet tibdel hajjitha, titlaq il-familja u l-postijiet fejn ghexet u tidhol Agostinjana lajka. Nafu biss li kienet ghadha zghira, sbejha u jisimha Kristina u li xtaqet timxi wara l-passi ta’ Kristu. Minn dak il-mument hajjitha saret pellegrinagg bla waqfien dejjem tfittex post fejn tghix fil-mohbi. Kienet f’hafna monasteri Agostinjani izda qajla damet fihom. Il-hajja ta’ talb, tbatija u ghajnuna lil dawk li kienu fil-bzonn gaghluha titlaq minn post ghal iehor meta kienet tinduna li saret maghrufa. Billi kellha xewqa tmur fil-postijiet qaddisa t’Assisi u Ruma u fl-ahhar fl-Art l-Imqaddsa ma’ terzjarja ohra waslet Spoleto fejn baqghet ghal ftit tiehu hsieb il-morda ta’ l-isptar t’hemmhekk. Wara li ghexet din il-hajja ghal ftit snin, forsi kien ghad ghandha sitta u ghoxrin sena, mietet fl-1458. Il-kittieba ta’ hajjet il-qaddisin jaqblu bejniethom fuq dan kollu. Izda ma nafu xejn fuq iz-zmien qabel ma hadet id-decizjoni qawwija li twarrab id-dinja. Hemm xi whud li jghidu li kienet gejja mill-familja tal-Visconti ta’ Milan jew dik tas-Semenzi ta’ Calvisano fi Brescia. Dawn jghidu li hi harbet mill-familja biex tehles minn xewqa taghhom li riedu jzewguha kontra xewqitha. Ohrajn jghidu li kien jisimha Agostina li twieldet fejn l-ghadira ta’ Lugano ghall-habta tal-1432 jew 1435, tifla tal-istess Giovanni Camozzi u zewguha meta kienet ghadha tifla ma’ artigjan tal-post. Izda billi saret armla wara ftit taz-zmien kellha xi relazzjoni ma’ xi kavalier Milaniz li minnu kellha tifel li twieled mejjet. Regghet izzewget u rat lil zewgha jigi maqtul minn suldat li kien mignun warajha. Visconti, Semenzi jew Camozzi? Mudell ta’ hajja twajba jew ta’ konvertita? Kristina hadet f’qabritha t-twegibiet ta’ dawn il-mistoqsijiet. Il-kadavru taghha gie midfun mill-komun ta’ Spoleto fil-knisja Agostinjana ta’ San Nikkolò. Il-hafna mirakli u grazzji li kienu maghmula bl-intercessjoni taghha kabbru l-kult taghha wara mewtha u fl-1834 il-Papa Gregorju XVI iddikjarha beata.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible