|
Qaddisin Agostinjani
Beata Kristjana minn Santa Croce
† 1310 AD
Oringa Menabuoi, tifla ta’ genituri foqra twieldet f’Santa Croce fuq l-Arno bejn l-1237 u l-1240. Kellha mhabba kbira lejn is-safa minn mindu kienet ckejkna u dejjem kienet tfittex li zzomm mohha u qalbha safjin u lesta biex tghin lill-batut. Kienet tghix din il-firda mid-dinja bis-sahha tat-talb, specjalment meta kienet tirgha wehidha fl-ghelieqi kienet thoss ’l Alla. Tilfet ’l ommha meta kienet ghadha tifla u kienet mahqura minn hutha s-subien, li meta kibret riduha tibqa’ d-dar kontra r-rieda taghha. Ghalhekk harbet mid-dar u marret fil-belt vicina ta’ Lucca, fejn hadmet ghal seba’ snin bhala seftura. Hemmhekk migbura fit-talb wehidha fil-kamra tal-bejt u bi Kristu f’qalbha ghexet zghozitha. Madwar l-1265 wara li kienet f’pellegrinagg ghas-santwarju ta’ San Mikiel Arkanglu fuq il-Gargano waqfet Ruma biex isservi armla nobbli izda twajba li kien jisimha Margerita li wara ftit tghaggbet bil-virtù taghha. Kien hawnhekk li ghall-karità kristjana li kienet taghmel bdiet tissejjah Kristjana. Meta kienet Assisi ma’ Margerita li marret biex tqim il-qabar ta’ San Frangisk, il-Mulej f’dehra wrieha dar mibnija f’post u b’tali mod li geghilha tibni l-monasteru ta’ Santa Croce. Meta marret lura fil-post fejn twieldet kienet lesta biex twettaq il-hsieb li kellha ta’ hajja religjuza u wara hafna tbatija ta’ kull ghamla fl-1279 il-kunsill tal-post taha dar li fiha setghu jghixu hi u l-ohrajn li naghqdu maghha ghas-servizz tal-Mulej. Hekk bdiet il-monasteru ta’ Santa Marija Novella u San Mikiel Arkanglu, ghall-ewwel bhala kunvent Frangiskan u wara ftit taht ir-regula ta’ Santu Wistin. Dan gie rikonoxxut mill-knisja fl-1296. Fis-sena ta’ qabel il-Kapitlu Generali Agostinjan li ltaqa’ fi Siena, wara li kkunsidra l-imhabba ta’ dawn is-sorijiet lejn l-Ordni, halliehom jiehdu sehem f’dak kollu li hu spiritwali. Hija li kellha r-rigali t’Alla u karizmi kbar, umlità, safa u karità lejn kulhadd u li kienet devota kbira ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni wara tlet snin ta’ tbatija mietet fl-1310 bit-tbissima tal-Mulej fuq wiccha. Difnuha fil-kappella tal-monasteru li hija rnexxielha taghmlu centru ta’ spiritwalità. Il-kult taghha gie kkonfermat fil-15 ta’ Gunju 1776.

|