|
Qaddisin Agostinjani
Lwigi de Montoya
1497 - 1569 AD
Twieled f’Belmonte fin-Nuova Castiglia u ntbaghat jistudja Salamanca fejn meta kien ghadu zaghzugh dahal Agostinjan (1514). Fl-1521 spicca l-istudji tieghu fl-università u meta kellu biss erba’ u ghoxrin sena sar surmast tan-novizzi f’Salamanca, li kienet ic-centru principali tal-formazzjoni ta’ l-Ordni f’dawk iz-zminijiet. San Tumas ta’ Villannova bhala superjur kien ta garanzija ghalih f’dan ix-xoghol delikat. Fost l-istudenti tieghu nsibu lil Gwanni Battista Moya, Wistin minn Coruña u Alfonsu minn Orozco biex ma nzidux ohrajn li jinsabu f’dan il-ktieb. “Zmien ta’ ferh”, jghid Herrera”, “li fih il-Pirjol, is-Surmast tan-novizzi u hafna novizzi kienu qaddisin”. Fl-1525 sar pirjol tal-fondazzjoni l-gdida f’Medina del Campo u minn hemm ghaxar snin wara fuq talba tar-re Gwanni III u b’ordni cara tal-Padre General Gabriele Veneto, ma’ patri Frangisk Villafanca gie mibghut il-Portugal biex jirriforma l-Provincja Luzitana. Mill-gdid surmast tan-novizzi f’Lisbona u pirjol (1535-1542) u wara rettur tal-kulegg-seminarju ta’ Coimbra, fondazzjoni frott tal-hidma tieghu u ta’ l-istima li kien igawdi mar-renjanti. Id-dixxiplina ma’ l-osservanza religjuza tieghu gaghlu lill-Gizwiti, li kienu dahlu l-Portugal, biex l-istudenti taghhom “jibaghtuhom jitghallmu jitolbu u jimmeditaw f’dan ic-centru”. Fl-1551 ha sehem fil-kapitlu generali li sar Bolonja u fl-1556 intaghzel bhala l-konfessur tar-re D. Sebastiano li qabel kien ukoll l-ghalliem tieghu. Gie wkoll imsejjah biex isir isqof ta’ Viseo izda ghalkemm kien hemm pressjoni qawwija fuqu huwa ma riedx jaccetta dawn l-unuri. Fl-ahhar snin baqa’ jikteb kotba spiritwali u fuq kollox jghix fl-umiltà li wera f’zghozitu. Fl-1568 Glormu Román jikteb hekk: ”Patri Luis de Montoya ghadu haj, mimli bl-ghomor u xih izda mimli merti ghax ghalkemm xih ma biddilx il-hajja tieghu ta’ penitenza iebsa li huwa dejjem ghex.” Fl-1569 miet f’ Lisbona ta’ qaddis u maghruf ghall-mirakli. Meta l-Patri General sar jaf li miet ma’ l-isem tal-mejjet zied jikteb hekk “li ghal 35 sena mexxa bi qdusija l-Provincja tal-Portugal.” Fl-1583 il-fdalijiet tieghu f’urna ta’ l-irham gew imqieghda fil-knisja li dak iz-zmien kienet tal-Agostinjani, dik tal-Madonna tal-Grazzja.

|