Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Lwigi López de Solís
1535 - 1606 AD

Twieled fil-belt ta’ Salamanca (Spanja) fejn ipprofessa fl-Ordni Agostinjan fl-1553. Meta kien qed jistudja ta’ tlieta u ghoxrin sena siefer lejn il-Perù ma’ xi missjunarji ohra. Wara li wasal Lima ha l-quddiesa. Malajr sar maghruf ghax-xoghol tieghu fil-missjoni ma’ l-indios uros. Wara tawh f’idejh it-taghlim fil-kunventi ta’ Lima u ta’ Trujillo u izjed ’il quddiem ha l-katedra tat-teologija fl-Università ta’ San Mark f’Lima. Kemm-il darba ghazluh bhala superjur tal-post, definitur u provincjal prijur u kien mahbub minn kulhadd ghall-entuzjazmu u l-hajja tieghu. Ha parti fit-III u r-IV Koncilju ta’ Lima, fl-ewwel wiehed bhala teologu u fit-tieni bhala superjur tal-Provincja Agostinjana tal-Perù. Meta fl-1591 habbruh bhala isqof ta’ Rio della Plata, illum tissejjah Asunción (fil-Paraguay) hu accetta fuq ix-xewqa ta’ l-aworitajiet u s-superjuri tieghu. Waqt li kien qed jistenna l-bolla tal-Vatikan waqt vizta ufficjali f’Charkas (il-Bolivja) waslitlu n-nomina ta’ isqof ta’ Quito. Ix-xoghol tieghu pastorali jigbor kollox. Ghamel zewg sinodi djocesani, u l-ligijiet taghhom waslu sa nofs is-seklu XIX. Waqqaf zewg seminarji, wiehed minnhom ghall-qassisin indigeni u kif kiteb ir-re Filippu II “minn dan setghu johorgu qassisin li jistghu jaghmlu izjed gid fost l-indios milli qassisin Spanjoli, meta wiehed iqis il-gost li jisma’ l-ilsien tieghu u lil hutu”. Mar kemm-il darba fid-djocesi u wasal sat-trufijiet taghha. Fost id-diffikultajiet tieghu pastorali kienet tidher minn ta’ quddiem il-gustizzja specjalment fid-drittijiet ta’ dawn n-nies li kienu ta’ sikwit mghaffga. Hu kien isofri hafna minhabba fihom u anki hedduh bl-ezilju. Quddiem l-abbuzi ta’ l-encomenderos u tas-sahha tal-gvern wera bic-car li hu ma kienx sa joqghod ghal dan u ghalhekk kien jidhol f’perikli kbar. Fl-1601 meta kien ghal darb’ohra fl-inhawi ta’ San Toribio ta’ Mogrovejo ha sehem fil-Hames Koncilju ta’ Lima. Billi sahhtu minhabba z-zmien li kellu ma tantx kienet tajba kellu hsieb li jirtira izda gie maghzul bhala arcisqof ta’ Charcas (Sucre, il-Bolivja). Waqt li kien sejjer biex jiehu f’idejh dan ix-xoghol waqaf fil-kunvent ta’ Santu Wistin ta’ Lima, li hu stess kien waqqaf. Marad u wara ftit miet fil-5 ta’ Lulju 1606. Inghata l-approvazzjoni ufficjali fit-2 ta’ Frar 1995 u bdiet il-kawza djocesana f’Lima u fi Quito (13.08.96 – 11.09.98) u wara hareg d-digriet mill-Kongregazzjoni tal-Qaddisin (16.04.99).

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible