|
Qaddisin Agostinjani
Santa Madalena minn Nagasaki
1611 - 1634 AD
Tifla ta’ nsara nobbli li twieldet fl-1611 vicin Nagasaki. Skond il-manuskritti antiki kienet tfajla fina, delikata u helwa. Missierha, ommha u hutha gew ikkundannati ghall-mewt ghat-twemmin taghhom meta hija kienet ghadha zghira hafna. Fl-1624 saret taf zewg Agostinjani Rikolletti Frangisku ta’ Gesù u Vincenzu ta’ Sant’Anton. Migbuda mill-ispiritwalità ta’ dawn il-missjunarji kkonsagrat lilha nnfisha ‘l Alla bhala terzjarja Agostinjana Rikolletta. Minn dak in-nhar il-libsa taghha tal-festa kienet dik tat-terzjarji u ma kienet taghmel xejn izjed hlief titlob, taqra l-kotba tal-qaddisin u l-apostolat. Iz-zminijet kienu difficli u l-persekuzzjoni kontra l-kristjani kienet dejjem tikber u tkun izjed qalila. Maddalena kienet taghmel kuragg lill-insara, tghallem id-duttrina lit-tfal, tittallab lill-kummercjanti ghall-fqar. Fl-1629 telqet lejn il-muntanji ta’ Nagasaki u batiet mal-ohrajn. Ghamlitilhom il-kuragg biex izommu shiha l-fidi, gabet lura fit-triq it-tajba dawk kollha li wara torturi kienu cahdu lil Kristu, kienet tmur tara l-morda, tghammed it-tfal u tghid kelma ta’ konfort ‘il kulhadd. Minhabba li xi nsara cahdu l-fidi wara li gew ittorturati, Maddalena xtaqet li tinghaqad ghal dejjem ma’ Kristu, u qatghetha li tisfida lit-tiranni. Ghalhekk f’Settembru 1634 liebsa ta’ terzjarja marret minn rajha quddiem l-imhallfin. Hadet maghha horga mimlija kotba tal-qaddisin biex titlob u timmedita fil-habs. La l-weghda ta’ zwieg tajjeb u l-anqas it-torturi ma gaghluha tbiddel fehimtha. Fil-bidu ta’ Ottubru 1634 hadet it-turment tal “forka u fossa” - imdendla minn saqajha b’rasha u sidirha go hofra mghottija bit-twavel biex tkun izjed difficli li wiehed jiehu n-nifs, din it-tfajla kuragguza waqt dan it-turment bdiet titlob lil Gesù u ‘l Marija u tkanta innijiet ‘il-Mulej. Damet hekk ghal tlettax-il gurnata. Fil-lejl tat-tlettax-il jum xita qawwija mliet il-hofra u Maddalena mietet fgata. It-tiranni l-ewwel harqu gisimha u mbaghad xerrdu l-irmied fil-bahar biex ma jhallux ‘il-kristjani jiehdu l-fdalijiet taghha. Giet beatifikata fl-1981 u fit-18 t’Ottubru 1987 il-Papa Gwanni Pawlu II iddikjaraha qaddisa.

|