Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Maria Candida ta' Santu Wistin
1804 - 1861 AD

Hawnhekk ghandna profil bijografiku delikat u minn xi daqqiet wiehed ma jkunx cert ghall-ahhar fejn tibda l-poezija li ddawwar il-figura helwa ta’ din l-Agostinjana mistika li l-process taghha beda fl-1932. Candida Cordova twieldet f’Valdepeñas (Ciudad Real, Spanja) minn familja tat-tajjeb. Minn tradizzjonijiet tal-post wiehed jinduna li din kienet persuna privileggjata u ta’ età zghira digà kellha kommunikazzjoni mal-Mulej. Dan il-karattru taghha izda ma zammhiex lura ghax meta kien ghaddej il-general militari Riegu minn Valdepeñas fl-1820 hija b’riskju kbir ma qaghditx lura milli twiegbu ghad-diskors rivoluzzjonarju u antiklerikali li huwa ghamel lin-nies. Sabiex tghin lil missierha hija baqghet sa ma kellha tnejn u ghoxrin sena biex tidhol fil-monasteru Agostinjan ta’ Alcalá de Henares. Hawnhekk hija ghaddiet tletin sena fil-virtujiet taghha maghqudin mal-fenomini li hija kellha bhad-don li titkellem mal-Mulej u mal-qaddisin, id-don tal-profezija u tal-qari tal-qlub. Fl-1850 intaghzlet bhala superjura u fl-1853 baghtuha fil-monasteru ta’ Toledo li kien jissejjah tal-“Gaitanas”. Minn dak iz-zmien sa l-ahhar ta’ hajjitha hadmet biex twaqqaf monasteru go Valdepeñas ghat-taghlim taz-zghazagh. Biex teghleb it-tfixkil li d-dinja politika ta’ dak iz-zmien kienet qed tohloq hija waslet biex tmur ghand ir-regina Isabella II u ghand il-Papa Piju IX. János Hajnal minflok jaghtina stejjer qalbiena bhall-ghajnuna li hija tat lis-suldati feruti jigbed l-attenzjoni taghna izjed lejn l-ispiritwalità taghha bhall-imhabba li hija kellha ghas-Salib, ghall-Passjoni u ghall-Ewkaristija. Fil-Veronika, li kienet il-figura tant ghal qalb din is-serva t’Alla ma jonqosx li wiehed jara alluzjoni ghall-istimmati taghha. Fiha wiehed jara ukoll il-mara li tbati u li tigi mzebilha. Maria Candida mietet f’Toledo fl-1861 u l-fdalijiet taghha gew mehuda f’Valdepeñas fl-1876 malli bdiet il-hajja monastika tal-fondazzjoni l-gdida.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible