|
Qaddisin Agostinjani
Beata Maria Tereza Fasce
1881 - 1947 AD
Twieldet f’Torriglia (Genova), kellha karattru sod, kienet thobb it-talb u l-gabra izda kienet ukoll mimlija hajja u cajtiera dejjem lesta biex tahtaf il-mument li fih taghmel xi haga tajba. Il-hajja tal-monasteru dahlet f’qalbha izda kellha titlob hafna u tbati sakemm dahlet fl-oasi li Alla kien sejhilha ghalih. Il-monasteru ta’ Santa Rita ta’ Cascia laqaghha bhala postulanta meta kellha 25 sena fis-6 ta’ Gunju 1906. Fil-lejl tal-Milied offriet zghozitha lill-Mulej u hadet il-libsa Agostinjana. Sena wara fl-istess festa hadet il-voti religjuzi u dahlet ghas-sagrificcju. Mill-1914 kienet il-majjistra tan-novizzi li hadu minnha ezempju u kelma soda. Mill-1917 sal-1920 Alla sejhilha biex tiehu f’idejha x-xoghol izjed serju ta’ Vigarja. Mill-1920 sa ma mietet b’vot unanimu, tliet snin wara tliet snin is-sorijiet riduha bhala badessa u saret tissejjah il-“Madre”. Ix-xoghol taghha bhala superjura kien ta’ xhieda cara, hajja u kbira ta’ kemm kienet taf tmexxi. Fost kollox naraw it-tempju ta’ Santa Rita u t-tixrid tal-qima lejn din il-qaddisa mad-dinja kollha. Il-knisja zghira u qadima ta’ din il-qaddisa tal-mirakli li hi sabet meta dahlet l-ewwel darba fil-monasteru u li fiha kien hemm il-gisem tal-qaddisa kienet kwazi minsija. Illum il-bazilika hija l-post fejn imorru mijiet ta’ eluf ta’ pellegrini minn kull parti tad-dinja li jimxu fuq ir-rivista “dalle api alle rose” li din il-“madre” stess bdiet tohrog fl-1923 u bis-sahha ta’ Santa Rita hafna jersqu lejn Alla. Kienet il-holma tal-“Madre” li f’ittra tal-1943 hija xtaqet li tieqaf il-gwerra dinjija u qalet: “Nittamaw li l-Mulej jaghtina l-grazzja li jkollna l-paci u Cascia tara poplu bla daqs kollu mimli bil-grazza.” Hdejn it-tempju gabret l-orfni bniet li kienu hafna u llum joqoghdu fil-post modern “Alveare di Santa Rita”. Madwar il-monasteru twaqqfu opri kbar: l-isptar ta’ Santa Rita u d-dar ta’ l-ezercizzi. L-ispirazzjoni taghha Madre Tereza sabitha fl-imhabba u t-tbatija. Il-gisem dghajjef taghha kien il-kalvarju dewwiemi, iebes u twil, izda l-ispirtu taghha kien dejjem lest biex jilqa’ kollox sa l-ahhar. Hija marret lura ghand il-Missier fit-18 ta’ Jannar 1947 u l-fdalijiet taghha huma fil-kripta vicin dawk tal-qaddisa li hija habbet u li qeghdin jistennew il-glorja. Hija giet beatifikata mill-Papa Gwanni Pawlu II fit-12 t’Ottubru 1997.

|