|
Qaddisin Agostinjani
Marija Luisa Godeau Leal
1874 - 1956 AD
Fil-25 t’April 1943 grupp ta’ nisa wara li spiccaw n-novizzjat hadu l-voti religjuzi fil-belt tal-Messiku u bdew Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani tal-Madonna tas-Sokkors. Dan il-grupp kien immexxi mill-fundatrici Marija Luisa Godeau Leal li kellha 68 sena. B’hekk twettqet il-holma li Marija Luisa kellha matul hajjitha. Hija twieldet fil-belt tal-Messiku, kienet tifla unika, missierha Franciz u ommha Messikana. Ghal sitta u ghoxrin sena ghallmet fl-iskejjel elementari u dejjem sahqet li taghti lil dawn it-tfal zghar, li kienet thobb daqs li kienu wliedha, formazzjoni shiha, umana u kristjana. Ghal ghoxrin sena wettqet l-iskop l-iehor ta’ hajjitha li tghin lill-morda u hadmet bhala voluntiera mas-Salib l-Ahmar tal-Messiku. Fil-morda hija kienet tara l-wicc mugugh ta’ Kristu u ghalhekk kienet is-Samaritana t-tajba ghal kull wiehed minnhom. Il-Fondazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani tal-Madonna tas-Sokkors kienet il-mezz li l-opra taghha mal-morda u max-xjuh tkompli wara mewtha. Ix-xewqa kbira taghha kienet li ssir ghotja u prezenza shiha ta’ Kristu qrib it-tfal, u l-katekisti li hija ffurmat b’interess kbir, il-batuti u l-anzjani. L-imhabba lejn it-Trinità u l-Ewkaristija kienu n-nixxiegha li tatha l-forza, li wirtuha wliedha fl-ispiritwalità ta’ Santu Wistin specjalment f’hajja komunitarja li kienet dejjem lesta li tghin lill-Knisja. Kienet superjura ghal ftit snin. Fl-1949 minhabba sahhitha halliet dan ix-xoghol. Mietet umli u fil-faqar fil-Gimgha l-Kbira tal-31 ta’ Marzu 1956. L-artist Ungeriz Hajnal hallielna l-karattru tal-persuna u l-missjoni ta’ Marija Luisa: omm tat-tfal, Samaritana t-tajba ta’ l-imdejqin, kollha mitfugha ghal Alla fil-persuna ta’ dawk hutha fil-bzonn. Mill-1989 il-fdalijiet taghha jinsabu fil-kappella hdejn il-Kurja Generalizja tal-Kongregazzjoni (Messiku, D.F.)

|