|
Qaddisin Agostinjani
>Marjanu de La Mata
1905 - 1983 AD
Twieled f’Barrio de la Puebla (Palencia, Spanja) fi hdan familja kristjana. Mexa wara tliet hutu li dahlu fl-Ordni Agostinjan fl-1921. Fl-1930 wara li spicca l-istudji f’Valladolid u f’Santa Maria de La Vid (Burgos) ordna sacerdot. Wara sentejn jahdem fi Spanja baghtuh il-Brazil fejn kien jaghmel hafna xoghol differenti, ghalliem, kappillan u jahdem mal-gvern sa kemm miet. Meta wiehed jitkellem fuq Patri Marjanu jkun qed isemmi l-messaggier tal-karità. Huwa kien il-habib tat-tfal, tax-xjuh, jiehu hsieb il-morda u l-fqar billi jikkonfortahom u jaghtihom xi haga. Kien ukoll l-ghalliem ta’ l-istudenti, is-sacerdot perfett li kien josserva d-dmirijiet tieghu religjuzi u ministerjali. Kien bniedem habib kbir tan-natura li jhoss anki quddiem nixxiegha ta’ l-ilma, quddiem il-pjanti, u l-annimali. Wara nofsinhar kont tarah jimxi matul it-triqat ta’ San Paolo u fl-ahhar granet billi naqaslu d-dawl kien jissogra hajtu biex imur jara madwar 200 talleres ta’ Santa Rita, fejn kienu jhitu l-ilbiesi ghall-foqra u fejn il-membri kienu jghixu hajja ta’ spitwalità kbira. Dan ir-religjuz, li ghal izjed minn hamsin sena bena simpatija, simplicità u tjubija kien popolari hafna specjalment fil-belt ta’ San Paolo. Huwa beda juri sinjali ta’ ghejja fil-bidu tal-1983 u ghalkemm operawh ghall-kancer izda l-marda kompliet u fost id-dmugh ta’ kbar u zghar miet fil-5 t’April ta’ l-istess sena. Il-fdalijiet tieghu qeghdin fil-knisja ta’ Santu Wistin f’San Paolo. Il-persuna tieghu ghebet, izda l-memorja u l-opri tieghu baqghu mfakkra. Ilum hemm eluf ta’ “Ritas” fit-talleres tieghu u b’hekk inholqot speci ta’ skola ta’ l-arti u ta’ xoghol iehor ghat-tfal foqra li ggib l-isem ta’ Casa do menor P. Mariano. Fl-14 ta’ Dicembru 1996 is-Santa Sede tat in-nihil obstat u mill-31 ta’ Mejju 1997 sas-16 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena saret l-inkjesta djocesna fil-Kurja ta’ San Paulo (ma’ zewg processi “rogatorjali” fi Palencia (Spagna) u f’ Cafayate (fl-Argentina). Id-digriet tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin hareg fit-12 ta’ Frar 1999.

|