|
Qaddisin Agostinjani
Il-Martri tal-Gappun
1610 - 1637 AD
Fil-bidu tas-seklu XVII faqqghet fil-Gappun wahda mill-persekuzzjonijiet l-izjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li hadu membri ta’ l-Ordni Agostinjan ghall-Vangelu. Agostinjani mill-Gappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, irgiel u nisa, terzjarji, cinturati u fidili bil-mewt taghhom taw ezempju ta’ l-ghaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taht insibu lista kronologika u dawk li huma mnizzla b’tipi grassi digà gew iddikjarati qaddisin mill-Knisja.
1610: Patri Gwanni Damarín u Patri Frangisk de Osorio gew maqtula fil-port ta’ Nagasaki. Patri Pietru de Montejo miet prigunier fuq bastiment Oldaniz qabel ma gie moghti lill-Gappunizi. Gie maqtul ukoll Lwigi Michoa, fratell Agostinjan.
1617: Lil Patri Hernando di S. Giuseppe de Ayala u l-Gappuniz Andrea Yoshida, president tal-konfraternita tac-cintura ta’ Nagasaki, qatghulhom rashom.
1622: Gew mahruqa b’nar bati Patri Pietru de Zuñiga u l-Gappuniz Gwakkin Hiroyama, dan ta’ l-ahhar ghax ghen lil Patri Pietru.
1630: Lil Fra Gwanni Shozuburo, l-oblati Mikiel Kiuchi Tayemon, Pietru Kuhieye, u Tumas Terai Kahioye, u lit-terzjarji Mancio Seizayemon, Lorenzu Hachizo, kollha Gappunizi, qatghulhom rashom.
1632: Gew mahruqa b’nar bati l-patrijiet Bartilmew Gutiérrez, Vincenzu ta’ S. Anton Simoens, Frangisku ta’ Gesù Terrero, Martin ta’ S. Nikola Lumbreras, u Melchiorre ta’ S. Wistin Sanchez.
1633: Gie maqtul Patri Frangisk de Graça Correia.
1634: Tat lilha nifisha u hadet il-martirju Maddalena minn Nagasaki, terzjarja Agostinjana.
1637: Mietu bit-turment tal-“fossa” Tumas Jihyoe, jghidulu Kintsuba u Mikiel ta’ San Guzepp. Fl-istess sena hafna terzjarji Agostinjani hadu l-martirju bhal Kintsuba.

|