Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Antonju tan-Natività u shabu – Martri ta' Mombasa
MIETU FL-1631 AD

1631 – Mombasa, fuq il-kosta Afrikana ta’ l-Ocean Indjan (illum il-Kenja) kienet il-fortizza Portugiza f’nofs it-triq ghall-Indja u kellha pozizzjoni strategika. Din l-ghassa militari fuq il-bahar kienet tilqa’ fiha suldati, avventurieri u merkanti Ewropej, Afrikani, Gharab u Asjatici. Il-parti l-kbira tan-nies hija Musulmana, izda hemm ukoll bidu ta’ komunità kristjana ffurmata mill-Portugizi u nies tal-post. Mill-1597 Mombasa kienet taht idejn l-Agostinjani Portugizi li rabbew fil-fidi nisranija l-princep Gerolamo Chingulia li wara l-mewt ta’ missieru ha f’idejh it-tregija tal-post minghand il-Portugizi. Ghal xi zmien Chingulia, forsi mgieghel minn niesu, kemm-il darba warrab il-maghmudija nisranija u haddan it-twemmin ta’ missirijietu – l-Islam. Ghamel hsieb li jkecci l-Portugizi u fis-16 t’ Awwissu 1631 dahal fil-fortizza bin-nies tieghu armati u qatel l–ghassies u ta n-nar lid-djar taghhom fil-belt. Is-suldati bdew ikissru u jisirqu kollox waqt li n-nar baqa’ jheggeg il-lejl kollu. L-insara li rnexxielhom jaharbu minn dan il-massakru dahlu l-knisja. Fil-granet ta’ wara t-tliet Agostinjani li kienu fil-missjoni ta’ Mombasa, il-patrijiet Antonju tan-Natività, Antonju tal-Passjoni u Duminku tan-Natività ghalxejn ippruvaw igaghlu lil Chingulia jhalli hielsa lill-insara; ghaliex ir-re ried li dawn isiru Misilmin biex ihallihom hajjin. Izda dawk li baqa’ hajjin, sew Portugizi kif ukoll nies tal-post, waqt li l-patrijiet ghamlulhom kuragg qatghuha li jibqghu fidili lejn Kristu. Fil-21 t’Awwissu r-re ghajjat quddiemu t-tliet religjuzi u dawk kollha li kienu rifugjati fil-knisja u qatilhom. Wiehed biss baqa’ haj ghaliex warrab t-twemmin li kellu. Imbaghad waslet s-siegha ghan-nisa u t-tfal. Ir-re qal lil dawk li baqa’ fil-knisja li kien sa jhallihom hajjin u jibaghthom fil-gzira vicin ta’ Pate fejn kien hemm dejma Portugiza. Ghalhekk nisa, tfal u trabi marru lejn il-port. L-ommijiet imxew quddiem ihaddnu t-tfal maghhom u jaghmlu kuragg lilhom infushom u ‘l uliedhom biex izommu sod il-fidi nisranija. Fil-port ma sabux bahrin lesti biex jehduhom Pate, izda sabu s-suldati li dahlu fuqhom u qatluhom b’daqqiet ta’ xwabel, bsaten u mqadef. Il-kawza tal-kanonizzazzjoni taghhom ibbazata fuq il-process djocesan ta’ Goa fil-1632 ghadha ghaddejja.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible