Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Miguel F. Zavala López
1867 - 1947 AD

Twieled f’Rancho Nuevo de Santa Clara, Puruándiro (Michoacán, il-Messiku) minn genituri bdiewa twajba. Meta kien zaghzugh l-ewwel dahal is-seminarju ta’ Morelia mbaghad ta’ Yuriria (Gto.) u ha l-libsa Agostinjana fl-1888 u pprofessa sena wara. Fl-1894 ordna sacerdot. Wara xi xhur jaghmel xoghol pastorali fil-parrocca ta’ El Sabino, post vicin S. Nicolás de Agustinos (Gto.), baghtuh fil-belt ta’ Querétaro. Fl-1904 gie lura f’Morelia bhala definitur u segretarju provincjali - zewg karigi li zamm bla waqfien sal-1924 u wara sar surmast tan-novizzi. Mill-1908 sa kemm miet intefa’ fuq ix-xoghol parrokkjali. Mill-1908 sal-1920 kien f’Moroleón (Gto.) u bejn l-1920 u l-1932 wara f’Yuriria matul iz-zmien difficli tar-rivoluzzjoni cristera. Mill-1932 sal-1938 kien fil-kapitali tar-repubblika Messikana u ghal xi xhur f’Salvatierra (Gto.), u fl-ahhar bejn l-1939 u l-1947 f’Yuriria. Kien maghruf ghall-hajja tieghu monastika, ghax-xoghol tieghu apostoliku u ghall-qdusija ta’ hajtu. Id-dekor lejn id-dar t’Alla kien wiehed mill-aqwa preokkupazzjonijiet tieghu barra mill-mod kif kien jaqdi l-apostolat tieghu u l-imgiba tieghu ma’ kulhadd, kbar u zghar, fqar u sinjuri, dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux. Fejn kien imur kien juri l-ubbidjenza u halla warajh knejjes restawrati u kompluti. Dhuli u bit-tbissima fuq fommu, jitkellem b’mod intelligenti ghamel dejjem lilu nnifsu persuna li tigbed in-nies. Patri Zavalita, d-diminuttiv ta’ Zavala li bih kienu jsejhulu n-nies, il-figura tieghu qsajra u maghluba u kliemu kollu hlewwa mal-fidili tieghu specjalment mat-tfal u mal-morda kienu maghqudin mal-hajja semplici religjuza fid-dawl tax-xemx tisreg ta’ pajjizu tarasca. Miet f’Yuriria fl-4 t’April 1947 u l-fdalijiet tieghu jinsabu fil-parrocca. Fit-28 ta’ Marzu 1995 inghata n-nihil obstat mis-Santa Sede u fit-3 ta’ Frar 1996 bdiet l-inkjesta tad-djocesi. Meta fit-18 t’Awwissu 1997 din spiccat f’Morelia, fit-30 t’April 1999 hareg d-digriet tal-validità tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible