Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Santa Monika
331 - 387 AD

Wistin hallielna hafna taghrif siwi fuq ommu Monika. Nistghu nghidu li huwa l-istess bijografu taghha, dik l-omm li tant u tant habbet lil binha Wistin. Hija wellditu darbtejn: darba meta gabitu fid-dinja u darba ohra fil-konverzjoni tieghu. L-ahjar haga hija li nhallu l-kelma ghalih, ghaliex dak li halliliena, huwa meqjus bhala innu ta’ tifhir lil Mulej.

Tifla. Monika trabbiet fir-razan u fil-ghaqal (Stqarrijiet 9, 8). Binha Wistin hekk jghid fuqha: “Inti hlaqtha; missierha u ommha ma kinux jafu x’bint kien se jkollhom fiha. Il-hatar ta’ Kristu tieghek tellaghha fil-biza’ tieghek, bit-tmexxija tal-Wahdieni tieghek, f’dar fidila li kienet membru tajjeb fil-gisem tal-Knisja tieghek”. (Stqarrijiet 8, 8).

Gharusa. Monika kienet mara mill-ahjar, taf tistabar u qalbha tajba lejn zewgha. Helwa mal-kunjata taghha. Kienet taf tizra s-sliem kull fejn tkun. Rebhet lil zewgha ghall-fidi u kienet qaddejja ta’ kulhadd: “Meta kibret u waslet fil-ghomor taz-zwieg, zewguha lil ragel u qdietu bhala sidha. Hija fittxet li tirbhu ghalik u kienet tkellmu bl-ezempji tal-hajja li zejjintha biha; int gbidt lejha r-rispett u l-imhabba u l-ghogba ta’ zewgha” “Saret ukoll il-qaddejja tal-qaddejja tieghek. Dawk kollha li kienu jafuha fahhruha hafna, zammewha fuq l-idejn u hebbewha, ghaliex ix-xhieda tal-frott tal-hajja taghha kienet iggaghalhom ihossu lilek gewwa qalbha”.

Omm. Monika dejjem kienet tithasseb fuq il-hajja nisranija ta’ wliedha. Kellha mhabba specjali ghal binha Wistin. Hija nisslet l-gheruq tal-fidi f’qalbu u tikbitu mall-neokatekumeni. Wistin xorob l-isem ta’ Gesù mal-halib ta’ ommu. Monika xejnet l-influwenza negattiva ta’ zewgha fil-formazzjoni ta’ Wistin. Minhabba l-effett ta’ l-edukazzjoni materna, Wistin dejjem emmen f’Alla, f’Gesu’ Kristu, fil-Providenza, fil-hajja ta’ dejjem. Il-konverzjoni ta’ Wistin kienet ritorn lejn il-fidi li tnisslet fih meta kien daqsxejn ta’ tifel. Meta Wistin marad kellu x-xewqa li jitghammed u ommu kienet ippreokkupata li thallih jircievi l-maghmudija minhabba l-hajja mtajjra li kien jghix fiha. Monika kienet twissih ta’ spiss fuq l-imgiba hazina tieghu. Kienet tiehu hsieb li tarah jistudja u hasbet hija stess biex tkomplilu l-istudji wara l-mewt ta’ zewgha: “Ghexet dejjem fidila ma’ zewgha, raddet lill-genituri dak li haqqhom, mexxiet darha kif imiss, u tat bosta xhieda ta’ l-ghemil tajjeb taghha. Hija rabbiet lil uliedha u hasset ghalihom l-ugigh tal-hlas kull darba li tarahom jitbieghdu minnek”.

Omm li tifdi. Monika bkiet fuq li bkiet u talbet qatigh ghall-konverzjoni ta’ Wistin u l-Mulej sabbarha permezz ta’ holma: “Inti smajtha, Mulej, smajtha u ma warrabtx minn quddiemek id-dmugh taghha li kien jixxerred u jsaqqi l-art taht ghajnejha kull fejn kienet titlob”. Barra dan, wiehed isqof, li Monika resqet ghandu, qalilha car li: “iben ta’ dan id-dmugh kollu ma jistax jintilef”. Wistin telaq lejn Ruma wara li dahak b’ommu u halliha tistennieh gewwa Kartagni. F’Ruma, Wistin marad, izda ommu, ghalkemm ma kinitx qribu, kienet mieghu bl-imhabba, bit-talb u bid-dmugh. Hija ltaqghet mieghu gewwa Milan: “Ommi, qawwija fit-tjieba, qasmet art u bahar u giet warajja ssibni”. Wistin gharraf lil ommu li kien halla s-setta tal-Manikej. Monika kellha kull rispett u mhabba ghall-isqof Ambrog: “Lil dan kienet thobbu l-izjed ghas-salvazzjoni tieghi, u hu kien ihobbha ghall-hajja qaddisa taghha”. Gewwa Milan, Monika baqghet miexja bl-istess hajja ta’ qdusija li kienet tghix gewwa l-Afrika u kienet tiehu sehem b’tant herqa fil-knisja ta’ Milan: “Fost hafna ghemejjel tajba ohra hija kienet tmur il-knisja b’hegga kbira tassew, hekk li l-isqof, kull meta jiltaqa’ mieghi, kien sikwit jaqbad ifahharha u jifrahli li ghandi omm bhalha”. Hawn, Monika bdiet tinsisti hafna li binha jizzewweg.

Omm li rebhet fuq il-ghadu. Wistin qal lil ommu fuq d-decizjoni li kien ha li jbiddel hajtu. Huwa jistqarr li hajtu nbidlet minhabba it-talb ta’ ommu Monika: “Dhalna gewwa hdejn ommi u ferhet meta ghidnielha kollox. Fissirnielha xi gralna, u bdiet taqbez bil-ferh u l-hena. U bierket lilek, li ghandek il-qawwa li taghmel kollox wisq izjed milli ahna nistghu nitolbu jew nahsbu, ghax rat li inti kont tajtha wisq izjed milli kienet dejjem titolbok bid-dmugh u t-tnehid imsejken taghha”. “Jiena nemmen bla dubju ta’ xejn u nistqarr li minhabba t-talb taghha, Alla tani li nasal ghas-sewwa”.

Ghalliema. Monika kienet mara tad-dar, hafifa u mimlija hegga. Wistin riedha tkun prezenti ghad-diskussjonijiet filosofici u hija ta’ spiss kienet tlissen li s-sewwa huwa l-ikel tar-ruh. Hija fissret b’tant ghaqal it-tifsira ta’ l-hena tassew. Hija turina li fejn ma hemmx gherf ma jista’ qatt issib l-hena. Hija tikkonkludi li l-fidi biss, it-tama u l-imhabba jistghu jwassluna ghall-hajja hienja. Wistin iddikjara li kien dixxiplu ta’ Monika... u jerhi fit-talb ta’ ommu biex jikseb dak li tant kien jittama. Ommu kienet tassew omm u qaddejja tal-qaddejja ta’ Alla: “Kien hemm ukoll ommi. Jiena ntbaht b’hafna hwejjeg sbieh taghha, minhabba l-ghejxin twil taghha maghna. Wiehed seta’ jintebah l-attenzjoni kontinwa li hija kellha, id-doni sbieh li kienet thaddan u r-ruh herqana taghha ghall-hwejjeg ta’ Alla. Imma waqt thaqqiqa importanti li kelli ma shabi, hija wriet l-intelligenza taghha b’tali mod hekk qawwi li kelli noqghod ghal dak li lissnet b’tant filosofija vera”.

Mistika. Monika kellha bosta vizjonijiet. L-aktar wahda maghrufa hija dik ta’ Ostja. Hawn nibtet fiha x-xewqa li tmut ghax kienet temmet il-missjoni taghha. Ma hasset l-ebda biza’ li tmur ‘il boghod minn art twelidha: “Meta mbaghad waslilha l-jum biex tinfired minn din il-hajja, jum li kont taf bih int u mhux ahna, gara dan il-fatt li se nsemmi u li jiena nemmen li kont int li ridtu jigri, skond il-pjan mohbi tieghek. Jien u ommi konna wehidna, b’minkbejna mistrehin fuq hogor it-tieqa li taghti ghall-gnien tad-dar fejn konna, hemm, qrib Ostia Tiberina, ’il boghod mill-hamba tan-nies; konna qeghdin nistriehu mit-tbatija ta’ vjagg twil qabel ma naqsmu bil-bahar. Tkellimna bejnietna t-tnejn bi hlewwa liema bhalha, insejna l-imghoddi u frixna hsibijietna fuq dak li kellu jghaddi minn ghalina. Zammejna quddiemna l-verita’, li hi int, u bdejna nistaqsu ’l xulxin xi tkun il-hajja ta’ dejjem tal-qaddisin li ghad trid tigi, dik il-hajja li ghajn qatt ma rat u widna qatt ma semghet u li qatt ma tnisslet f’qalb il-bniedem. Ressaqna fomm qalbna ghatxana lejn ix-xmara tas-sema hierga mill-ghajn tieghek, il-ghajn tal-hajja li tinsab ghandek, biex nissaqqu bl-ilma taghha kemm nistghu u nifhmu b’xi mod haga hekk ta’ l-ghageb.

Id-diskors taghna waqa’ fuq il-hena tas-sensi tal-gisem, u rajna li dan il-hena, kbir kemm hu kbir u moghni bl-aqwa dawl ta’ l-art, ma jista’ qatt jixxiebah mal-ferh ta’ dik il-hajja, mhux biss, izda anqas jisthoqqlu jissemma. Il-hegga ta’ mhabbitna refghetna ’l fuq lejn dak li hu fih innifsu, u minn quddiem mohhna ghaddew wahda wara l-ohra l-hwejjeg kollha mahluqa u sa l-istess sema, minn fejn ix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb isawbu dawlhom fuq l-art. Waqt li qghadna nahsbu u nithaddtu u nistaghgbu fuq l-ghemejjel tieghek ahna tlajna aktar ’il fuq fina nfusna sa ma gejna quddiem l-erwieh taghna; minn hemm bqajna ghaddejjin u wasalna f’art il-gid li ma jintemmx, fejn inti titma’ ghal dejjem lil Israel bl-ikel tal-verita’. Hemmhekk il-hajja hi l-gherf li bih sar dak kollu li kien fl-imghoddi u dak kollu li ghad isir ’il quddiem, dak il-gherf li ma jsirx, ghax jezisti llum bhama kien minn dejjem u jibqa’ ghal dejjem; jew ahjar, fil-gherf la hemm l-imghoddi u lanqas il-gejjieni, izda hemm biss illum, ghax hu etern, u la l-imghoddi u lanqas il-gejjieni ma huma eterni. Ahna u nithaddtu fuq il-gherf u nixtiquh, b’qabza shiha ta’ qalbna wasalna hdejh u ghal waqt wiehed stajna mmissuh. Imbaghad bi tnehida hallejna marbut mieghu l-ewwel frott taghna ta’ l-ispirtu u rgajna lura ghall-hsejjes ta’ fommna fejn il-kelma taghna tinbeda u tintemm.

Imbaghad ommi qaltli: “Ibni, min-naha tieghi xejn izjed ma jferrahni f’din il-hajja. Ma nafx x’jien naghmel hawn u ghaliex ghadni hawn. Issa sehhet it-tama tieghi fuq din l-art. Kelli haga wahda biss Ii minhabba fiha xtaqt nibqa’ ftit iehor f’din il-hajja, jigifieri, Ii nara lilek nisrani kattoliku qabel ma mmut. Alla tieghi tani izjed milli tlabtu, ghax issa qieghda wkoll narak tmaqdar il-hena ta’ l-art biex taqdi lilu. X’jien naghmel hawnhekk?”

Mewt u Difna. Wistin bid-dmugh f’ghajnejh hekk jiddeskrivi l-mewt ta’ ommu Monika: “Meta z-zmien it-tluq taghha kien wasal, hi xejn ma hasbet biex gisimha jitkeffen bi lbies ghani jew jindilek bil-fwejjah, ma xtaqitx qabar maghzul jew li tindifen f’art twelidha; ma riedet minna xejn minn dan, imma xtaqet biss li nibqghu niftakru fiha quddiem l-altar li hi qatt ma halliet jum wiehed jghaddi bla ma qdietu”. “Wara marda ta’ disat ijiem, meta kellha sitta u hamsin sena u jiena tlieta u tletin, dik ir-ruh religjuza u tajba nfirdet mill-gisem. Jien ghalaqtilha ghajnejha, u fin-niket bla tarf li mlieli qalbi kont se ninfaqa’ bil-biki. Izda ruhi ordnat bis-shih lil ghajnejja u gaghlithom jixorbu l-ghajn tad-dmugh u jnixxfuhieli. Kienet taqbida li gaghlitni nbati hafna. Kif ommi harget l-ahhar nifs, iz-zaghzugh Adeodatu nfexx jibki, imma zamm ghax kulhadd siktu. Hekk ukoll gara lili: lehen qawwi, il-lehen ta’ qalbi, razzan u sikket dik ix-xi haga ta’ tifel li hassejt go fija u li kienet se tifqaghni bil-biki. Ahna dehrilna li ommi ma jixirqilhiex naghmlulha l-funeral bid-dmugh u t-tnehid”.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible