|
Qaddisin Agostinjani
San Nikola minn Tolentino
1245 - 1305 AD
San Nikola li ghandu fuq sidru stilla u li twieled f’Sant’Anglu f’Pontano u ghex tletin sena f’Tolentinu huwa meqjus bhala l-ewwel u l-ikbar qaddis ta’ l-Ordni Agostinjan. Fl-1256, is-sena tal-“Grande Unione” Nikola kellu hdax-il sena u wara ftit inghaqad fil-hajja religjuza. Il-qdusija tieghu hija mibnija fuq hajja iebsa, talb bla waqfien, penitenzi li kien jaghmel minn jeddu, u f’hajja komuni u perfetta maghquda ma’ karità u mgiba twajba ma’ kulhadd. Kien ihoss hafna ghall-mizerji materjali u spiritwali tal-bnedmin. Gie msejjah tawmaturgu ghall-intercessjoni qawwija tieghu quddiem Alla kif ukoll bhala protettur ta’ l-erwieh tal-Purgatorju u patrun kontra l-pesta u l-hruq.
Id-devozzjoni qawwija li kellu ghal Omm Alla nisslet “il-hbejziet ta’ San Nikola”. L-ikonografija ta’ dan il-qaddis turi l-forom differenti ta’ dawn il-karatteristici. Il-figura tieghu rqiqa, il-wicc dahkan u mimli hniena, il-harsa tieghu helwa u mimlija sliem. Hekk pingewh, ftit wara mewtu, l-artisti ta’ zmien Giotto li juruna l-personalità tieghu u jgaghluna nhossuh bhala huna li jaghtina l-kuragg u jghinna nimxu warajh. Il-familja Agostinjana rat f’San Nikola il-mudell tal-qdusija. Fil-fatt San Nikola temm l-hsieb li kien propost lis-Santa Sede fid-decizjoni ta’ l-ghaqda ta’ hafna gruppi eremiti f’Ordni wiehed: li joffri ftit minn kollox – mill-kontemplazzjoni u l-apostolat, mit-tfittxija t’Alla u tal-problemi tal-bnedmin – f’kelma wahda li l-hajja religjuza ssir hajja kristjana ghall-poplu t’Alla. “Kien ferh ghall-imdejqin, farag ghall-imjassrin, ghajnuna ghall-fqar, ir-rimedju wahdani ghall-habsin u l-morda. Kien ihoss moghdrija kbira ghall-midinbin. Kien jitlob, isum, iqaddes u jibki quddiem Alla ghal hafna li kienu jqerru ghandu biex Alla jehlishom mid-dlamijiet tad-dnub”. (Gjordanu ta’ Sassonja”).
Il-mewt tieghu kienet trijonf. Ghoxrin sena wara, fl-1325 bdiet il-kawza tal-kanonizzazzjoni. Id-dokumenti, mat-371 wiehed, materjal stampat, gew ipprezentati ’l-Papa fl-1326, izda huwa gie ddikjarat qaddis fl-1446. Il-fdalijiet tieghu qeghdin fis-santwarju ta’ Tolentinu.

|