Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Piju Keller
1825 - 1904 AD

Twieled f’Ballingshausen fil-Franconia t’Isfel fil-Germanja minn familja ta’ bdiewa li bil-qajla kellhom biex ihallsu l-edukazzjoni tat-tifel f’Münnerstadt u wara fl-università ta’ Würzburg. Fl-1846 dahal fis-seminarju tad-djocesi u fl-1849 wera x’se jkun il-futur tieghu. Kienet is-sena li fiha ordna qassis, gie maghzul bhala ghalliem fl-iskola sekondarja ta’ Münnerstadt u dahal fin-novizzjat Agostinjan ta’ dik il-belt. Sal-1897, minbarra waqfa f’Germershausen, huwa kien dejjem ghalliem mahbub, li jaf jifhem ‘il haddiehor, habrieki u gust. Mit-taghlim tieghu hargu l-principji tal-hajja kemm dik professjonali kif ukoll dik tal-fidi. Bhala religjuz kien kapaci, habrieki u efficjenti. Fl-1853 kien digà sar pirjol f’Münnerstadt - kariga li okkupa kemm-il darba. Fl-1869 gie maghzul kummissarju generali u mill-1872 assistent tal-General, izda dejjem baqa’ f’Münnerstadt. Fl-1895 sar provincjal tal-provincja tal-Germanja li kienet regghet giet imwaqqfa. Waqt li kellu hafna dizappunti u fallimenti, meghjun minn fidi shiha u fuq speranza qawwija b’imhabba kbira lejn l-istorja u l-patrimonju spiritwali Agostinjan dejjem irnexxielu bl-umiltà jsahhah l-hajja tal-komunità taht l-osservanza tar-Regola. Fil-hin tad-dhul tieghu fil-kunvent, l-Ordni fil-Germanja kellu zewgt idjar u hdax-il religjuz. Fl-1900 id-djar saru hamsa u r-religjuzi hamsa u disghin. Bniedem li jhobb l-ghaqda, bhala isem Piju, u fil-fatt patri li ma kienx jaf xi tfisser tieqaf mix-xoghol ghalkemm kien ibati fizikament minhabba sahha batuta. Ghal izjed minn nofs seklu wettaq ix-xoghol li kien fdat lilu. Miet f’Münnerstadt fil-15 ta’ Marzu 1904 u halla warajh il-provincja l-gdida mimlija b’irgiel ta’ fejda u zghazagh f’idejn Patri Klement Fuhl dak li wara baqa’ jmexxi l-opra li beda hu. Mill-1924, meta l-fdalijiet tieghu gew mehuda fil-knisja tal-kunvent, ma waqaf qatt il-pellegrinagg tan-nies ghal hdejn qabru.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible