|
Qaddisin Agostinjani
San Possidju
† 437 AD
Dan kien wiehed mill-aqwa hbieb ta’ Wistin u nafu fuqu minn din il-hbiberija li kien hemm bejniethom. Ha l-formazzjoni tieghu kristjana fil-monasteru li Wistin kien waqqaf hdejn il-knisja f’Ippona u hemm ghex ghal xi snin, sakemm madwar is-sena 400 hatruh isqof ta’ Kalama, belt fin-Numidja. Flimkien ma’ Alipju, Evodju u xi haddiehor, hu kien wiehed mill-assistenti principali l-izjed kapaci u afdati ta’ Wistin, tant hu hekk li nsibuh dejjem jiehu sehem kontra d-Donatisti u wara kontra l-Pelagjani. Bizzejjed insemmu x-xoghol tieghu fil-koncilji kontra d-Donatisti li saru f’Kartagni fl-403 u fl-407 u fuq kollox fil-konferenza kbira bejn il-Kattolici u d-Donatisti li saret f’Kartagni fl-411 fejn tkellem kemm-il darba biex isahhah dak li kien jghid Wistin. Minhabba din il-hidma huwa kien mibghud mid-Donasti li sahansitra darba wahda attakkawh bil-vjolenza. Kien ukoll fit-tigrib min-naha tal-pagani fuq differenzi li nqalghu f’Kalama.
Ha sehem fil-koncilji kontra l-Pelagjani f’Milevi fl-416 u f’Kartagni fl-419 u gie mqabbad f’zewg missjonijiet ufficjali ma’ l-Imperatur fl-Italja – darba fl-409 u darb’ohra fl-410. Meta dahlu l-Vandali fl-428 Kalama giet mahkuma mill-barbari u Possidju ha kenn f’Ippona ma’ Wistin li kien fl-ahhar ta’ hajtu. Ghalhekk seta’ jaghti daqqa t’id waqt il-mewt tas-surmast u habib tieghu. Dan nafuh minn l-ahhar kapitli tal-bijografija tieghu.
Wara l-hruq t’Ippona sab mezz kif imur lura f’Kalama, izda ghal ftit, ghax fl-437 Possidju kien ma’ dawk li ggieldu kontra l-ordni ta’ Genseriku li ried jifrex ir-religjon Arjana u ghalhekk gie mkecci mis-sede tieghu. Wara dan il-fatt ma nafu xejn izjed dwaru.
Il-Kanonici Regulari u l-Ordni Agostinjan jaghmlu l-festa tieghu ma’ dik ta’ San Alipju fis-16 ta’ Mejju. Il-qima lejn dawn iz-zewg rapprezentanti tal-hajja monastika Agostinjana giet ikkonfirmata mill-Papa Klement X fid-19 t’Awwissu 1672 bl-ittra Alias a Congregatione.

|