Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Raffaella tal-Passjoni Veintemilla
1836 - 1918 AD

Raffaella kienet minn Quito (Ekwador). Meta kellha ghaxar snin mititilha ommha u ta’ dsatax-il sena miet missierha. Hadet edukazzjoni ta’ nies sinjuri bhalma kienet il-familja taghha. Minn ckunitha kienet migbuda lejn il-figura tal-Beata Marjanna ta’ Gesù, il-gilju ta’ Quito, u ghalhekk barra milli hadet il-libsa ta’ religjuza hija waqqfet ghaqda f’gieh din il-beata. Xtaqet tghix f’monasteru bhala klarissa izda huha, il-general Injazju, President tar-Repubblika ta’ l-Ekwador mill-1878 sal-1883 li kien ghaliha bhala missier xtaq li hija tibqa’ tmexxi d-dar. Ghalhekk baqghet fid-dinja izda tghix bhala religjuza bil-voti privati u li taghmel dak li jidhrilha li huwa perfett. Kienet tghaddi hafna hin fid-devozzjonijiet u t-talb mentali, kienet tghid l-uffizzju z-zghir u l-hmistax-il posta tar-ruzarju. Minhabba r-rivoluzzjoni kontra huha “id-dittatur Veintemilla” hija ntefghet fil-habs ghal tmien xhur. Meta fl-ahhar tal-1883 giet imkeccija mill-pajjiz mal-familja taghha kollha hija marret Lima bhala eziljata. F’din l-art il-gdida hija saret maghrufa malajr. Kienet twila, irqiqa u ta’ mgiba sinjura u kellha karattru sod, ferriehi u kienet trazzan lilha nnifisha. Wara ftit li waslet inkitbet mal-Konfraternita tar-Ruzarju li kienet tiltaqa’ fil-knisja ta’ San Duminku. Fl-1894 bhala direttur spiritwali kellha l-Agostinjan Spanjol Patri Ewstasju Esteban li wara sar General ta’ l-Ordni. Bl-ghajnuna tieghu ndunat li l-Mulej kien qed isejhilha biex twaqqaf Kongregazzjoni Religjuza bl-iskop li tghajjex u tghallem bniet u tfajliet fil-bzonn taht kull forma ta’ protezzjoni u li taghmel is-sagrificcji kollha li kien hemm bzonn. F’nofs l-1895 telqet il-familja u marret tghix ghal rasha f’appartament. Hadet l-isem ta’ Raffaella tal-Passjoni u lil dawn t-tfal tathom l-isem ta’ “Ahwa Agostinjani tas-Santissmu Salvatur”. Hija ma kellha l-ebda sinjal iehor hlief il-libsa sewda, il-kurcifiss fuq sidirha u l-kuruna tar-ruzarju mdendla mac-cintura ta’ l-Agostinjani. Mietet ta’ tnejn u tmenin sena fl-1918 u l-fdalijiet taghha jinsabu fil-gnien tal-kunvent tas-Sinjura Taghna fil-Prado ta’ Lima. In-nihil obstat tal-Vatikan inghata fis-6 ta’ Frar 1987 u fit-30 ta’ Marzu 1987 bdiet l-inkjesta djocesana li spiccat fis-6 t’April 1989. Fis-6 ta’ Marzu 1992 nghata d-digriet ta’ validità tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible