|
Qaddisin Agostinjani
Santa Rita minn Cascia
1381 - 1457 AD
Twieldet f’Roccaporena (xi 5 kilometri minn Cascia) u ghammduha bl-isem ta’ Margerita fil-knisja ta’ Santa Marija della Plebe f’Cascia. Il-genituri taghha kienu pacifikaturi ta’ Kristu fil-glied politiku u familjari bejn il-Gwelfi u l-Gibellini, u taw lil Rita dak kollu li setghu u ghallmuha taqra u tikteb. Meta kellha 16-il sena zzewwget lil Paolo Ferdinando Mancini, guvni ta’ l-affari tieghu izda fuq ruhu u wara ftit kellha zewgt itfal subien. F’hajja semplici, mimlija talb u virtù u mitfuha ghall-familja hija ghenet hafna lil zewgha biex jikkonverti u jghix hajja tajba. Baqghet mara mizzewwga u omm sal-qtil ta’ zewgha, vittma tal-mibeghda ta’ dawn il-partiti. Rita baqghet thaddan il-Vangelu u hafret, bhal Gesù, lil dawk kollha li kienu qeghdin igaghluha ssofri. Izda wliedha nfluwenzati minn dan l-ambjent u mill-familjari kienu wara l-vendetta. Hija, bhala omm, talbet ’l Alla biex uliedha ma jintilfux spiritwalment u kien ahjar li jmutu milli jiccapsu bid-demm ta’ haddiehor. It-tnejn mardu u mietu ta’ età zghira. Rita, li kienet sfat armla u wahidha u li bit-talb taghha kienet iddahhal il-paci fil-qlub u tirranga t-tilwim li kien hemm bejn il-familji setghet tidhol fil-monasteru Agostinjan ta’ Santa Marija Maddalena f’Cascia fejn ghexet ghal 40 sena taqdi ’l Alla u lill-proxxmu b’imhabba ferrieha u dejjem attenta ghal dak li kien qieghed jigri madwarha u fil-knisja ta’ zmienha. Fl-ahhar 15-il sena Rita kellha fuq gbinha ferita ta’ wahda mix-xewk tal-kuruna ta’ Kristu u b’hekk kienet issofri t-tbatija ta’ Gesù. Giet meqjuma bhala qaddisa ftit wara mewtha bhalma jidher fuq is-sarkofagu ta’ l-injam kif ukoll fil-Kodici tal-Mirakli, dokumenti tal-1457-1462. Mit-18 ta’ Mejju 1947 l-ghadam taghha tqieghed fis-santwarju gewwa urna tal-fidda u kristall li saret fl-1930. Xi studju li sar dan l-ahhar ikkonferma li fuq gbinha tax-xellug kien hemm pjaga fl-ghadam (osteomielite). Is-sieq tax-xellug kellha sinjali ta’ xi marda li kellha fl-ahhar ta’ hajjitha (forsi sciatalgia) u kienet twila 157 centimetru. Il-wicc, l-idejn u s-saqajn kienu mmumifikati izda taht il-hwejjeg ta’ soru Agostinjani hemm l-iskeletru shih.

|