Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Sebastjan Elorza Arizmendi
1882 - 1942 AD

Dan l-Agostinjan ghadda hajtu religjuza fil-monasteru ta’ Santa Marija de La Vid (Burgos – Spanja). Dan il-fra ghamel erbghin sena jaqdi b’umiltà kbira lil madwar mitt religjuz li kienu f’dan il-kunvent. Hafna miz-zmien kien purtinar u kien maghruf ghall-ghajnuna li kien jaghti lill-barranin u l-foqra. Twieled f’ Idiazábal (Guipuzcoa) fit-tramuntana ta’ Spanja fl-1882 u meta kellu tliet snin tilef il-genituri tieghu. Rabbewh iz-zijiet u maghhom kien jahdem l-ghelieqi. Meta kellu sbatax-il sena dahal fil-kunvent ta’ La Vid. Kien bniedem nobbli f’ruhu u mimli mhabba lejn il-proxxmu, ta’ ftit kliem, gwejjed u ta’ karattru twajjeb. Ix-xoghol li kellu ta’ purtinar kien l-okkazjoni ghalih biex iservi u jkun generuz. Kien jaf jaghmel l-affarijiet l-izjed semplici u hfief bi qdusija u mhabba tant qawwija li kulhadd kien jirrispettah. Nafuh l-izjed ghall-imgiba tieghu mal-fqar li kienu jmorru l-kunvent biex jiksbu xi haga ta’ l-ikel jew ta’ l-ilbies. Ghalhekk wiehed mir-religjuzi jghid dan fuqu: “Fra Elorza kien ighaddi bla ma hadd jintebah bih waqt il-hinijiet li kienu jirregulaw il-komunità, izda kien bniedem kbir f’nofsinhar meta bla hadd ma jaf kif kien iwassal xi haga ta’ l-ikel lil dawk kollha li kienu jersqu lejn il-monasteru. Dawk kienu zminijiet ta’ guh, imma l-ftit hobz li kien ikollu kien joktor f’idejn il-fra. Ghall-inqas hekk kienu jahsbu l-fqar li jieklu minn idejh. Imma ma’ dak il-hobz kienet tohrog ukoll il-kelma tieghu mimlija mhabba u konsolazzjoni ta’ wiehed li kien jghix bis-serjetà r-regola Agostinjana: “Ahjar ikollok ftit bzonnijiet milli hafna hwejjeg”. Ma kellux dinja ohra hlief il-monasteru u l-bieb ta’ barra. Il-hsibijiet u kliemu kienu dejjem fuq il-foqra u fuq ix-xoghol li kien dejjem lest biex jaghmel b’ferh kbir. Wiehed jaghraf ukoll id-devozzjoni li kellu lejn l-Ewkaristija u l-Madonna. Fit-8 ta’ Dicembru 1942 miet b’dik id-dinjità li kienet dejjem mieghu matul hajtu. Il-fdalijiet tieghu jinsabu fil-knisja tal-Monasteru ta’ La Vid. Il-process djocesan sar bejn 1968-1971 u fl-1973 gie miftuh fil-Kongregazzjoni tal-Qaddisin f’Ruma u fl-1991 inghata d-digriet tal-validità.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible