Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Stiefnu Bellesini
1774 - 1840 AD

Twieled fi Trento go familja sinjura u ta’ tmintax–il sena dahal Agostinjan fil-kunvent ta’ San Mark. Mar Bolonja ghan-novizzjat u wara Ruma, izda rega’ mar lura Bolonja biex jistudja l-filosofija u t-teologija. Imgieghel mit-truppi ta’ Napuljun biex jitlaq mill-istat tal-Papa mar lura fi Trento fejn gie ordnat sacedot fl-1797. Ghex fil-kunvent ta’ San Mark sal-1809 meta dan gie maghluq. Rega’ mar mal-familja u ntefa’ fuq l-ghajnuna lit-tfal u fetah skola b’xejn fid-dar tieghu. Baqa’ jaghmel dan sakemm gie lura l-Gvern Awstrijak u b’hekk huwa kien tant stmat u rabba’ fiducja hekk kbira fost in-nies li l-awtoritajiet civili ghamluh spettur generali ta’ l-iskejjel ta’ Trento. Fil-bidu t-tfal li kien jghallem ma kinux izjed minn mija, izda wara zmien kienu bl-eluf. Patri Stiefnu xtaq jibqa’ fidil ghall-professjoni tieghu religjuza u meta ra li ma kienx possibbli jaghmel dan fil-belt tieghu ghax il-gvern ma riedx jerga’ jiftah il-kunvent ta’ San Mark, fl-1817 telaq dan ix-xoghol ta’ l-iskola u bil-mohbi mar Bolonja fl-istat tal-Papa fejn kienet regghet bdiet il-hajja religjuza. Meta l-awtoritajiet ta’ Trento stidnuh jerga’ lura huwa qalilhom li ma setax minhabba r-rabta li kellu m’Alla bil-voti religjuzi li kien ha u r-religjon, l-omm li tant kien ihobb, u li maghha kien marbut. Il-General ta’ l-Ordni f’Ruma ghajjatlu biex jaghmilha ta’ surmast tan-novizzi u fl-1826 baghtuh Genazzano fis-santwarju tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb. Hawn ghadda l-ahhar snin ta’ hajtu fuq xoghol parrokkjali jghin lill-foqra u lit-tfal, xoghol li tant kien dejjem ghal qalbu. Miet fit-2 ta’ Frar 1840 bil-pesta li huwa ha waqt li kien jassisti lin-nies tal-parrocca. Il-fdalijiet tieghu jinsabu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb f’Genazzano. Fl-1904 il-Papa Piju X ipproklamah beatu. Fost il-folla li kien hemm ghal din ic-cerimonja kien kemm hafna skulari tieghu li kienu xjiehu izda bis-sahha tieghu ghexu hajja tajba. In-nies ta’ Genazzano kienu dawk li bhala tfal kemm-il darba kienu jigbdulu l-libsa jew jaghtuh xi gambetta.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible