Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Tereza Spinelli
1789 - 1850 AD

Twieldet f’Ruma minn familja fqira ta’ haddiema. Ta’ ghaxar snin minhabba l-flus zewguha lil wiehed impjegat tal-gvern li kien mimli ideat rivoluzzjonarji. Wara li ghexu flimkien ghal ftit zmien il-vici-reggent ta’ Ruma, Mons. Fenaja wara t-talba li ghamlet ommha li ma setghetx izzomm izjed ghal dak kollu li kienet qed issofri bintha, hadha minn idejn zewgha li kien telaqha u hadd ma kien jaf fejn kien u wara ftit xhur kellha tifla. Minhabba d-diffikultajiet li sabet biex tghix dahlet tahdem bhala governanti ma’ familja nobbli u flimkien mas-sinjura taghha bdiet taghmel il-karità. Sadattant it-tifla kienet f’idejn in-nanniet u meta kellha ghaxar snin dahhluha titghallem f’monasteru. Il-genituri taghha kienu qed jixjiehu u Tereza hasset id-dmir li tmur maghhom. Matul daz-zmien gietha x-xewqa li tiehu l-voti tal-perfezzjoni u tbati ghall-midinbin. Meta mietet ommha sabet il-vokazzjoni taghha li tiddedika lilha nnfisha ghat-taghlim tat-tfal. Fl-1821 marret Frosinone fejn sabet sitwazzjoni gravi ghaliex ma kienx hemm skejjel ghat-tfajliet. Ma’ xi nisa twajba ohra wara hafna tahbit fethet l-ewwel skola pubblika ghall-bniet. Hija wzat metodu pedagogiku taghha li kien miftuh u mimli gherf kemm fil-kontenut tieghu billi l-ghalliema kellha d-dmir li twassal l-istudenta ssib ’l Alla u fuq dan tibni d-dinjità umana taghha, kif ukoll fil-metodu mibni fuq ir-rispett ta’ l-istudenta li minnu kellha tiehu l-imhabba u l-hlewwa. Bix-xewqa li taghti lill-ghalliema forma ta’ ghaqda religjuza bi ftehim ma’ l-isqof fit-23 ta’ Settembru 1827 hadet il-voti u shabha libsu ta’ religjuzi u hadu l-isem ta’ Servi ta’ Gesù u ta’ Marija. Fl-1831 dan l-istitut inghaqad ma’ l-Ordni Agostinjan. Il-hajja ta’ Madre Spinelli kienet kollha esperjenza t’Alla mimlija tbatija. Wahda minn dawn it-tribulazzjonijiet kienet dik ta’ bintha li mardet b’mohha hekk li kellha tghaddi hajjitha fil-kunvent ta’ ommha. Tereza mietet fi Frosinone fit-22 ta’ Jannar 1850. Il-process tal-kanonizzazzjoni ghadu ghaddej. L-istharrig tad-djocesi sar bejn l-1982 u l-1997 u fl-10 t’Ottubru 1998 hareg id-digriet ta’ validità tal-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible