Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Tumas Antonju Arbuati
1673 - 1746 AD

Twieled fl-14 ta’ Novembru 1673 minn Gjakmu u Marija Diambra u kien edukat fil-kristjanezmu mill-ex-general ta’ l-Agostinjani Fulgenz Travalloni li dak iz-zmien kien joqghod f’Loretu (Marche). Fl-1692 dahal fil-kunvent ta’ Santu Wistin ta’ Ancona u ma’ l-isem Antonju tal-maghmudija pogga wkoll l-isem ta’ Tumas b’ tifkira ta’ San Tumas minn Villanova. Ipprofessa fit-2 ta’ Mejju 1693 u mill-ewwel intbaghat Loretu ghas-servizz ta’ Patri Travalloni u wara l-mewt ta’ dan mar fil-kunvent ta’ Mondolfo (Marche) fejn fit-2 ta’ Dicembru 1697 gie ordnat sacerdot. Kompla l-istudji universitarji f’Montegiorgio (Marche) u f’Cesena (Romagna) sakemm fl-1703 sar lettur u predikatur. Fl-istess sena ha f’idejh il-kunvent ta’ Osimo fejn fost nuqqas ta’ ftehim ta’ kull ghamla rrestawra l-osservanza regulari. Fl-1705 ha l-grad tal-bacillerat u wara ftit sar is-surmast tan-novizzi ta’ Santu Wistin ta’ Ancona. Imbaghad mar Livorno, Osimo (1710) u Venezja fil-kunvent ta’ San Stiefnu. Fl-1713 mar Terralba hdejn Padova f’eremitagg ta’ l-Ordni biex jghaddi hajja maqtugha mill-ohrajn izda kompla wkoll l-apostolat. Ghat-tmiem tal-1735 mar lura Osimo fejn miet fis-27 ta’ Lulju 1746. Il-gisem tieghu tpogga go kaxxa specjali f’Settembru 1746. Fis-27 ta’ Lulju 1767 rega’ tpogga go kaxxa gdida hdejn l-altar maggur tal-knisja ta’ l-Agostinjani. Bejn l-1766 u l-1768 sar il-process djocesan f’Osimo u f’Padova u dan gie moghti lill-Kongregazzjoni tar-Riti li bdiet il-kawza tal-beatifikazzjoni fit-23 ta’ Mejju 1772.

Kif intqal, il-process ta’ Tumas Arbuati beda xi ghoxrin sena wara mewtu fi zmien ta’ qawmien kbir meta l-General ta’ l-Ordni kien Frangisk Saverju Vázquez (1753-85). Billi dan il-process beda malajr ingabret hafna xhieda anki minn dawk li kienu jghixu fi zmienu. Wara r-rivoluzzjoni Franciza u t-taqlib fi zmien Napuljun il-figuri mdawwla tal-Bellesini u tas-Sagrista tas-Santa Sede Monsinjur Menochio gibdu l-attenzjoni ta’ l-Ordni, specjalment tal-provincja ta’ Picena li taghha kienu membri sew Menochio kif ukoll Arbuati. Il-kawza ta’ Menochio mxiet ‘il-quddiem bil-qari tad-digriet fuq il-virtujiet tieghu li nqara fl-14 ta’ Mejju 1991 bi ftehim mal-provincja tal-Marche u bil-kunsens ta’ l-Ordinarju Djocesan. Il-Postulatur ta’ l-Ordni billi kien jaf bix-xewqa u t-tahbit ta’ hafna konfratelli li hadmu bla waqfien ghal din il-kawza hass li kien dmiru li jerga’ jibda u jmexxi din il-kawza sakemm iwassal ghat-tmiem ix-xoghol kollu li dawn kien bdew.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible