|
Qaddisin Agostinjani
San Tumas minn Villanova
1486 - 1555 AD
Twieled f’Fuenllana, Ciudad Real (Spanja) minn genituri religjuzi u twajba u li minnhom wiret l-imhabba lejn il-proxxmu. Huwa ha l-isem mill-belt Villanueva de los Infantes, li fiha marret toqghod il-familja. Ta’ hmistax-il sena baghtuh biex jistudja fl-Università ta’ Alcalà fejn fl-1509 ha it-titlu ta’ ghalliem tal-logika, fizika u metafizika. Ghal tliet snin studja t-teologija u waqaf biss bejn l-1512 u l-1516 meta ha l-katedra tal-logika. Il-hmistax-il sena li dam f’Alcalà wrew ghal hajtu kollha l-karattru tal-hniena u tat-tjieba tieghu. Fl-1516 mar Salamanca biex jidhol fl-Ordni Agostinjan u ha l-quddiesa fl-1518 meta kellu 32 sena. Is-superjuri mill-ewwel intebhu bl-gherf tieghu u ghalhekk beda jinghata hatra wara l-ohra: sar Pirjol f’Salamanca (1519-21) u wara rega’ gie maghzul ghas-snin 1523-1525, sar Vizitatur tal-Provincja ta’ Castiglia (1525-27), Provincjal tal-Provincja ta’ l-Andalusija (1527-29), Pirjol ta’ Burgos (1531-34), Provincjal ta’ Castiglia (1534-37) u rega’ Pirjol ta’ Burgos (1541-44). Karlu V li kellu stima kbira lejh bhala wiehed importanti ghar-riforma tar-renju tieghu hatru bhala predikatur u konsulent tieghu u meta fl-1544 is-sede arciveskovili ta’ Valenzja kienet minghajr isqof huwa pprezentah bhala l-isqof ta’ din il-belt. Valenzja kienet f’qaghda spiritwali hazina billi kienet ilha ghal seklu minghajr isqof, hafna qassisin ma kinux mixjin tajjeb u l-mori kienu qed iqumu. Tumas l-ewwel m’ghamel kien li ikkristjanizza d-djocesi mill-gdid u biex jifforma kleru li b’ghemilu jaghti xhieda vera waqqaf kullegg-seminarju fl-1550. Ghajjat sinodu u mar jinvista l-parocci kollha b’id habrieka u ta’ veru missier. Fost il hafna opri pastorali li ghamel ta’ min isemmi tnejn minnhom: l-ghajnuna lill-foqra u l-evangelizzazzjoni tal-mori. Il-bzulija tieghu u hidmitu fost in-nies ghamlu minnu bniedem ta’ rispett kbir ghal zmienu u ta’ isqof ideali. Miet fl-1555 u gie ddikjarat beatu fl-1618. Il-Papa Alessandru VII iddikjarah qaddis fl-1658. Il-fdalijiet tieghu qeghdin fil-katidral ta’ Valenzja.

|