Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Tumas Jihyoe ta' Santu Wistin
c. 1637 AD

Il-persekuzzjonijiet mhux biss joholqu l-martri izda kemm-il darba jaghmlu wkoll “suldati ta’ Kristu”. Hekk kien Tumas Jihyoe, Agostinjan Gappuniz, li kien suldat bl-isem ta’ Kintsuba waqt il-persekuzzjoni kontra l-kristjani fis-seklu XVII. Ghal hames snin laghab bis-suldati ta’ l-imperatur li kienu qed ifittxuh biex jaqbduh ghax kien qassis kattoliku. Twieled f’Omura, vicin Nagasaki ghall-habta tal-1600. Il-genituri tieghu, ghalliema tar-religjon, mietu t-tnejn martri ghall-fidi taghhom. Minn meta kien ghadu zghir hu kien imur l-iskola tal-Gizwiti f’Arima. Minhabba l-persekuzzjoni din l-iskola ghalqet u huwa mar Macao biex ikompli l-istudji. Wara li kien tah parir missjunarju Agostinjan fl-1622 mar Manila fil-Filippini u fl-1624 dahal fil-kunvent ta’ Santu Wistin Intramuros, imbaghad mar Cebú biex jistudja t-teologija u ha l-quddiesa. Kienet ga bdiet il-persekuzzjoni u l-missjunarji wiehed wara l-iehor kienu qed jigu meqruda u ghalhekk il-komunitajiet kristjani thallew wehidhom. Tumas hass li postu kien f’pajjizu u wara hafna tahbit fl-1631 mar lura f’Nagasaki. Billi kien Gappuniz seta’ bla tfixkil jahbi li kien qassis kattoliku, izda hu kien kuragguz u mimli bi spirtu kbir ta’ fidi u dahal mal-gvernatur ta’ Nagasaki bl-isem ta’ Kintsuba. Hekk seta’ jghin lil Patri Bartilmew Gutiérrez fil-habs sakemm dan ha l-martirju u wara ha postu u beda jghin lill-habsin kristjani u jaghmillhom kuragg. Dawn bdew juru tant kuragg li l-gvernatur beda jithasseb li kien hemm xi qassis mohbi. Meta Tumas nkixef mar f’ghar hdejn il-belt u hemm bdiet il-kacca ghalih, li ghadhom isemmuha sallum. Hu kien johrog bil-lejl biex jiltaqa’ mal-kristjani u jaghtihom is-sagramenti izda kien dejjem ibiddel surtu. Fl-ahhar fl-1637 gie maqbud b’kumbinazzjoni. Kien hu stess li qal lil dawk li qabduh min kien, ghaliex hasbuh xi semplici kristjan mahrub. Ghal hafna xhur tawh torturi kbar biex forsi jichad ir-religjon u fis-6 ta’ Novembru 1637 haduh fil-post li bdew isejjuhlu ‘l-gholja tal-martri’ u dendluh minn saqajh ghal go hofra fl-art sakemm miet. F’ Novembru 1982 ismu gie mnizzel fil-lista ta’ 187 martri iehor li l-isqfijiet Gappunizi bdew il-kawza tal-kanonizzazzjoni taghhom u wara li ghaddiet f’ idejn il-postolatur ta’ l-Ordni issa waslet ghand il-Kongregazzjoni tal-Qaddisin f’Ruma.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible