Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beata Veronika Negroni minn Binasco
1445 - 1497 AD

Dwar Veronika nafu li twieldet f’Binasco fil-provincja ta’ Milan fl-1445 minn familja ta’ rahhala u li kellha l-biza’ t’Alla, izda ommha tant kienet fqira li lanqas setghet taghtiha ftit skola.Ta’ tnejn u ghoxrin sena wara hafna talbiet irnexxielha tidhol bhala soru lajka fil-monasteru ta’ Santa Maria ta’ Milan fejn damet hajjitha kollha taghmel l-izjed xoghol baxx tad-dar u tigbor il-karità. Kienet fidila ghax-xejra ta’ dawk iz-zminijiet u ghalhekk kienet taht dixxiplina axxetika ghalkemm ma tantx kienet b’sahhitha. Kienet ruh twajba, kellha hafna vizjonijiet u d-don tal-profezija. Wara dehra li kellha marret Ruma fejn giet milqugha mill-Papa Alessandru VI. Jghidu wkoll li kellha d-doni li taghraf ir-ruh ta’ dak li jkun. Hafna drabi l-estasi taghha kienu wkoll bid-dmugh, din kienet xi haga ghal qalb l-ispirtwalità ta’ dak iz-zmien. Il-hajja taghha kontemplativa ma fixklithiex milli taghmilha ta’ tallaba f’Milan u l-postijiet ta’ madwaru, sew biex tigbor affarijiet bzonnjuzi ghall-kunvent u biex tghin lill-fqar u lill-morda. Hu hekk li jipprezentaha János Hajnal fl-incizjoni tieghu migjuba hawn: sewwa sew fil-hin li fih kienet qed tiehu hsieb wiehed mill-hafna fqar li f’dawk is-snin kienu jimlew it-toroq tal-belt. Il-karità taghha kienet taghmilha soru kbira meta kienet titbaxxa biex tghin lill-batut li kien jaqbad ma’ djulha. Il-horga taghha kienet imdendla ghad-dawl tal-karità ta’ Kristu, l-istess dawl li kien idawwar il-figura kollha ta’ Veronika. Mill-buqar taghha, max-xewk tal-penitenza jidher ukoll il-gilju ta’ l-innocenza taghha. Mietet fit-13 ta’ Jannar 1497 wara li n-nies ghal hamest ijiem shah marru biex isellmulha ta’ l-ahhar bhalma jaghmlu lill-qaddisin. Ghoxrin sena wara fl-1517 il-Papa Ljun X ta l-permess lill-monasteru ta’ Santa Maria li jaghmlu l-festa liturgika taghha. Fl-1672 il-Papa Klement X ta dan il-permess lill-Agostinjani kollha. Fi zmien it-taqliba ta’ Napuljun il-fdalijiet taghha haduhom fil-knisja parrokkjali ta’ Binasco.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible