Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Santu Wistin
354 - 430 AD

Twelid, konverzjoni u lura lejn l-Afrika. Twieled fil-provincja ta’ l-Afrika ta’ Fuq, fil-belt ckejkna ta’ Tagaste, minn Patrizju li kien pagan u minn Monika, nisranija ferventi. Kien imtella’ minnhom u edukat b’hafna kura u certa spiza u sa minn ckunitu kien mghallem fil-letteratura profana. L-ewwel ghallem il-grammatika fil-belt tieghu u mbaghad rettorika gewwa Kartagni, li kienet il-kapitali ta’ l-Afrika ta’ Fuq. Aktar tard ghallem ukoll barra minn xtut pajjizu, gewwa Ruma u Milan, fejn allura kien hemm imexxi l-imperatur Valentinjanu II. F’din il-belt kien hemmhekk Ambrog, isqof ta’ fama kbira li kien imexxi d-djocesi tal-belt ta’ Milan li kien migjub hafna minn nies u minn Alla. Dan ta’ spiss kien jippreidka l-kelma ta’ Alla fil-knisja, u Wistin bilqieghda f’nofs il-gemgha kien joqghod jismghu bl-akbar attenzjoni (1, 1-3).

Fi ftit zmien Wistin haddan il-fidi kattolika u fih nibtet ix-xewqa herqana li jimxi ’l quddiem fit-twemmin biex jircievi l-ilma tal-maghmudija fil-jiem ta’ l-Ghid li kien qorob. Kellu aktar minn tletin sena u kien ghad fadallu lil ommu hajja. Kienet tghix mieghu u ferhet qatigh li binha fl-ahhar ikkonverta ghaliex il-holma taghha kienet sehhet kif xtaqet hi.

Hekk kif Wistin ircieva din il-grazzja, flimkien ma’ hbiebu u niesu, li huma wkoll bdew jaqdu lil Alla, rega’ lura lejn l-Afrika, fid-dar u fl-ghelieqi li kellu. Dam tliet snin hawnhekk u wara li ceda l-beni li kellu, mar jghix flimkien ma’ dawk li kienu hbieb tieghu, u bdew jghixu ghal Alla, bis-sawm, talb, opri tajba, jimmeditaw lejl u nar il-ligi ta’ Alla. U dak kollu li Alla kien ihallieh jaghraf mill-meditazzjoni u mit-talb, huwa kien jghaddih bil-kliem lil dawk li kienu jghixu qribu u dawk li kienu jghixu ’l boghod minnu kien iwasslilhom il-kelma permezz tal-kitba.

Ghal qadi tal-Knisja. Hekk kif ghamluh sacerdot, malajr waqqaf monasteru hdejn il-knisja ta’ Ippona u beda jghix mal-qaddejja ta’ Alla skond il-mod u n-normi stabiliti ta’ zmien l-appostli. Fuq kollox f’dik il-ghaqda ta’ bejniethom, hadd ma seta’ jkollu xi haga tieghu, izda kollox kien ta’ kulhadd fil-komun u lil kull wiehed kien jinghata skond il-htiega tieghu. Din it-tip ta’ hajja kemm huwa u kemm shabu kienu ilhom jghixuha minn meta kienu f’Tagaste.

F’dak iz-zmien gewwa Ippona t-taghlim qarrieqi tal-manikej kien infetta u marrad bosta cittadini u strangieri, li thabblu fix-xibka ta’ l-izball minn sacerdot tas-setta, li kien jismu Fortunatu, u li kien jghix u jahdem fil-belt. Gara li xi whud mill-insara li kienu cittadini ta’ Ippona u strangieri, kemm kattolici u kemm donatisti marru ghand Wistinu u talbuh jiltaqa’ ma’ dak is-sacerdot manikew, li huma kienu jemmnu li kien gharef biex jiddiskuti mieghu fuq il-ligi ta’ Alla.

Iltaqghu fil-jum u fil-post li rrangaw, u hemm ingabru hafna li kienu interessati fuq il-kwistjoni flimkien ma’ folla kbira ta’ nies kurjuzi: il-kittieba fethu l-imwejjed taghhom u bdiet id-diskussjoni fl-ewwel jum u li kellha tintemm fil-jum ta’ l-ghada. F’din id-diskussjoni d-duttur manikew - kif jghidulna l-atti - ma kienx kapaci jwaqqa’ l-argumenti ta’ Wistin u bl-argumenti tieghu ma rnexxilux isahhah u jiddefendi d-duttrina manikeja.

Wistin kien jghallem u jippriedka, kemm fil-privat u kemm fil-publiku, fid-dar tieghu jew fil-knisja, il-kelma tas-salvazzjoni b’fiducja kbira kontra l-ereziji li nibtu gewwa l-Afrika, specjalment kontra d-donatisti, il-manikej u l-pagani. Ghamel dan, kemm bil-kitba u kemm b’diskorsi improvizati, u kien imfahhar u ammirat mill-insara li kienu jisimghuh. Hekk bil-grazzja divina, il-knisja kattolika bdiet tgholli rasha wara li ghal hafna zmien kienet imjassra taht il-hakma ta’ l-ereziji.

Meta Wistin sar isqof kompla jippriedka l-kelma ta’ Alla tas-salvazzjoni b’akbar insistenza u entuzjazmu u b’awtorità, mhux biss fejn kien jpqghod, izda kullimkien fejn kienu jsejhulu li jmur, waqt li l-knisja tal-Mulej kienet tikber u tizdied dejjem aktar.

Il-kjerici tal-monasteru, li Wistin waqqaf gewwa Ippona, bdew jikbru fit-taghlim u fil-qdusija u hafna minnhom gew ordnati sacerdoti tal-knisja ta’ Ippona. Hekk jum wara l-iehor kienet tinhass u ssir aktar evidenti kemm il-verita’ tal-predikazzjoni tal-knisja kattolika u kemm il-mod ta’ hajja tal-kontinenza u tal-faqar tal-qaddisin qaddejja ta’ Alla. Hekk mill-monasteru li dak il-bniedem ta’ Alla kien waqqaf u kabbru b’tant attenzjoni, bdew jintalbu bosta mir-religjuzi tieghu biex dawn jigu ordnati isqfijiet ghall-Afrika ta’ Fuq.

Dak il-bniedem memorabbli kien membru importanti tal-Gisem tal-Mulej, dejjem lest u dejjem ghassies ghal dak kollu li kellu x’jaqsam mal-knisja universali. Ir-rieda divina riedet li jara minn hawn stess il-frott tax-xoghol tieghu, l-aktar fil-knisja ta’ Ippona, li specifikatament huwa kien ir-ras, kif ukoll fi bnadi ohrajn ta’ l-Afrika. Tant hu hekk huwa ra b’ghajnejh stess dak li gara fil-knisja minhabba x-xoghol tieghu fejn bosta manikej, donatisti, pelagjani u pagani ssiehbu mill-gdid fil-knisja ta’ Alla.

Mod ta’ hajja. Il-hwejjeg li kien jilbes, iz-zraben li kien ixidd, il-bjankerija li kien juza kienu ta’ kwalita’ medja u konvenjenti, la ta’ hafna lussu u lanqas ta’ tip wisq ordinarju. Fuq dan li qeghdin nghidu, il-bnedmin is-soltu jew jaghmlu hafna turija jew jilbsu wisq imcercrin, waqt li jfittxu fiz-zewg kazi l-ftahir taghhom, u mhux dak li huwa utli. Wistin, bhalma diga ghidna, kien jghix hajja tan-nofs, bla ma kien imur fuq naha u lanqas fuq ohra. L-ikel tieghu kien dejjem meqjus u moderat u bejn l-insalata u l-hxejjex li kien jiekol xi drabi kien ikollu xi bicca laham specjalment meta kien ikollu l-mistidien. Meta xi hadd ma kienx ihossu f’siktu Wistin kien ihallih jiekol il-laham. Fl-ikliet ta’ Wistin dejjem kont issib l-inbid.

Wistin kien jaf tassew jilqa’ lin-nies ghandu. Waqt l-ikel kien jippreferi l-qari jew id-diskussjoni milli l-ikel u x-xorb. Fil-post fejn kienu jieklu kellu kitba li tghid: “Min ghandu ghal qalbu t-tqassis ta’ dawk li huma assenti, ghandu jkun jaf li mhux denn joqghod ghall-ikel fuq din il-mejda.

Kien jafda u jhalli f’idejn il-kjerici, l-aktar ta’ hila, it-tmexxija tal-gid kollu tad-dar li din kienet magenb il-knisja, bla ma kien izomm ghalih ebda cavetta. Dawk kollha li kienu jiehdu hsieb id-dar kien avdat lilhom l-inkarigu biex jaraw min diehel u min hiereg. Ir-rendikont kien jigi moqri fl-ahhar ta’ kull sena, biex jkun jaf x’intefaq u x’inkiseb u kif tqassmu affarijiet lill-foqra u x’ghad fadal jitqassam lilhom. Izda f’hafna hwejjeg kien jafda fl-amministrazzjoni aktar milli joqghod jivverifika l-kontijiet b’tant reqqa.

Id-dhul tal-Vandali f’Ippona u l-ahhar jiem. Ir-rieda u d-dispozizzjoni divina riedet li ezercitu kbir, armat sa snienu u mharreg sewwa fit-taqbida, iffurmat minn Vandali, Alani u Goti u nies ta’ nisel iehor li kienu gejjin minn Spanja, inavdew l-Afrika ta’ Fuq minn naha tal-bahar. Dawn l-ghedewwa waslu f’Ippona u assedjawha, li sa dak il-waqt qatt ma kienet intrebhet, ghaliex kien ha hsieb biex jaghmel l-ilquh taghha l-konti Bonifacju. L-ghedewwa assedjaw sewwa l-belt ghal erbatax-il xahar u ghalqu sahansitra t-toroq li jaghtu ghall-bahar. Hawn Wistin kien refugjat ma’ kollegi tieghu fl-episkopat u shabu li kienu flimkien il-hin kollu ta’ l-assedju.

Wistin, il-bniedem ta’ Alla, fil-hajja twila li Alla siliflu qeda u hares bl-akbar reqqa l-knisja mqaddsa (tant hu hekk ghex 76 sena u madwar 40 sena ta’ sacerdot u ta’ isqof) u wara l-konverzjoni tieghu fittex bis-shih biex ipatti ghal dak kollu li ghamel hazin fil-hajja tieghu. Hekk kif wasal fl-ahhar jiem ta’ hajtu, waqt li kien marid fuq soddtu ried li jiktbulu s-salmi penitenzjali ta’ David, biex mis-sodda stess jkun jista’ jarahom, jaqrahom u jibki bla waqfien il-htijiet tieghu.

Sa l-ahhar marda li hakmitu, ippriedka fil-knisja l-kelma ta’ Alla bla waqfien, b’hegga kbira u b’qawwa, b’carezza u intelligenza. Waqt li l-gisem anzjan kien ghadu bla mittiefes, u s-smiegh u l-vizta ta’ ghajnejh f’kundizzjoni mill-ahjar, waqt li kien imdawwar minn shabu jitolbu, Wistin raqad ma’ missierijietu f’eta’ avvanzata ta’ 76 sena. Ma ghamel l-ebda tesment, ghax kien il-fqir ta’ Alla u allura ma kellu ebda motiv li jaghmlu. Halla lill-knisja kleru abbundanti u monasteri mimlijin rgiel u nisa li kienu jipprattikaw is-safa. Barra dan halla biblijoteki mimlijin kotba u priedkti kemm tieghu u kemm ta’ qaddisin ohrajn, li minn dawn wiehed jista’ jaghraf kemm Alla zejjen b’doni ta’ l-ghageb lil Wistin matul il-hajja tieghu fuq din l-art.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible