Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Wistin Novello minn Tarano
1240 - 1309 AD

Twieled ghall-habta tal-1240 f’Tarano (Rieti – l-Italja) u nghata l-isem ta’ Mattew. Wara li studja l-ligi fl-Università ta’ Bolonja, hadem fil-kancellerija tar-Renju ta’ Sqallija, fir-residenza ufficjali tar-re Manfredi. Meta miet ir-re fit-taqtiegha ta’ Benevento (1266) u huwa stess safa ferut u marad u ddecieda li jbiddel hajtu. Telaq minn Sqallija u ngabar fl-eremitagg ta’ Rosia, vicin Siena, fejn ipprofessa bhala semplici fratell lajk bl-isem ta’ Wistin. Jghidu li sar maghruf wara d-difiza li kien ghamel ghad-drittijiet tal-kunvent. Meta l-general ta’ dak iz-zmien Klement minn Osino sar jaf bl-gherf u l-virtù ta’ Wistin, li kienu jsejjhulu “Agostino Novello” , baghtu Ruma fejn sar qassis. Wara ftit il-Papa Nicolò IV ghamlu Penitenzier Apostoliku u konfessur tieghu u dam hekk ghal ghaxar snin, anki waqt li kien hemm il-Papiet elstinu V u Bonifazju VIII. Fl-istess hin ta sehmu fit-twaqqif tal-Kostituzzjoni ta’ Ratisbona fl-1290. Meta ltaqa’ l-Kapitlu f’Milan fl-1298 waqt li hu ma kienx prezenti u bla ma kien jaf gie maghzul bhala Superjur Generali ta’ l-Ordni u l-Papa Bonifazju VIII ikkonfermah minghajr ezami. Hu accetta bl-umiltà kollha izda ghal sentejn ghaliex hu stess ghajjat Kapitlu iehor li fih irrinunzja ghall-post ta’ General u hadd ma seta’ jdawwarlu din id-decizjoni li kien ha. Hu mexxa l-Ordni b’gustizzja u b’imhabba. Dan il-mexxej ta’ l-Ordni waqt il-formazzjoni tieghu ghadda l-ahhar disa’ snin ta’ hajtu fl-eremitagg ta’ San Leonardu al Lago, vicin Lecceto (Siena) u “kien jistrieh fid-dell tal-kontemplazzjoni divina”, fit-talb u fl-opri ta’ karità. Miet fl-1309 u l-kadavru tieghu gie mehud fil-knisja ta’ Santu Wistin f’Siena. Hemmhekk gie rapprezentat b’anglu wara rasu, “l-anglu li jitkellem minn taht l-ilsien”, u din saret l-ikonografija tieghu, simbolu ta’ l-ispirazzjoni t’Alla. M’ilux wisq il-fdalijiet tieghu gew mehuda f’Termini Immerese fi Sqallija. Fl-1759 il-Papa Klement XIII ghamlu beatu u l-Ordni Agostinjan jiccelebra t-tifkira tieghu fid-19 ta’ Mejju ma’ dik tal-Beatu Klement minn Osimo.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible